Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0020

    Kawża T-20/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – VI vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Ugwaljanza fit-trattament – Stabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla”)

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – VI vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-20/21) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Ugwaljanza fit-trattament - Stabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla”)

    (2022/C 340/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: VI (rappreżentanti: D. Rovetta u V. Villante, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand, D. Milanowska u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament, l-ewwel, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/363/18 li ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni, it-tieni, tad-deċiżjoni ta’ dan l-istess Bord tal-Għażla li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inizjali, it-tielet, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2019 li tiċħad l-ilment tagħha, ir-raba’, tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 tal-11 ta’ Ottubru 2018 organizzata sabiex jiġu stabbiliti żewġ listi ta’ riżerva li minnhom il-Kummissjoni kellha tirrekluta amministraturi (AD 7) fl-oqsma tad-dwana u tal-fiskalità u, il-ħames, tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu allegatament subit.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni, meħuda wara l-eżami mill-ġdid, tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 tas-27 ta’ Frar 2020 li isem VI ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


    Top