This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0410
Case C-410/21: Request for a preliminary ruling from the Hof van Cassatie (Belgium) lodged on 5 July 2021 — FU, DRV Intertrans BV
Kawża C-410/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (Il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2021 – FU, DRV Intertrans BV
Kawża C-410/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (Il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2021 – FU, DRV Intertrans BV
ĠU C 391, 27.9.2021, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (Il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2021 – FU, DRV Intertrans BV
(Kawża C-410/21)
(2021/C 391/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FU, DRV Intertrans BV
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
2. |
L-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), l-Artikoli 3(1)(a) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (3), u l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (4) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li impriża li tikseb liċenzja għat-trasport fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u għaldaqstant għandha tkun stabbilita b’mod effettiv u stabbilit f’dan l-Istat Membru, jimplika neċessarjament li b’dan il-mod hija ġabet il-prova inkonfutabbli li s-sede tagħha hija stabbilita f’dan l-Istat Membru fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli u li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ impjieg huma marbuta b’din il-konstatazzjoni? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
(4) ĠU 2009, L 300, p. 72, rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14.