Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0396

    Kawża C-396/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – KT, NS vs FTI Touristik GmbH

    ĠU C 382, 20.9.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – KT, NS vs FTI Touristik GmbH

    (Kawża C-396/21)

    (2021/C 382/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht München I

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: KT, NS

    Konvenut: FTI Touristik GmbH

    Domanda preliminari

    Restrizzjonijiet fir-rigward ta’ marda infettiva prevalenti fid-destinazzjoni jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) anki jekk, minħabba t-tixrid globali tal-marda infettiva, restrizzjonijiet bħal dawn ġew imposti kemm fil-post ta’ residenza tal-vjaġġatur kif ukoll f’pajjiżi oħra?


    (1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


    Top