Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0266

    Kawża C-266/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ April 2021 – Proċeduri kriminali kontra HV

    ĠU C 263, 5.7.2021, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ April 2021 – Proċeduri kriminali kontra HV

    (Kawża C-266/21)

    (2021/C 263/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski gradski sad

    Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

    HV

    Domandi preliminari

    1)

    Deċiżjonijiet ġudizzjarji f’kawżi kriminali li permezz tagħhom, fir-rigward ta’ reati li jikkonsistu fi ksur tar-regoli tat-traffiku li jikkawża, b’negliġenza, ħsara moderata fuq il-persuna, min iwettaq ir-reat jiġi kkundannat għal sanzjoni amministrattiva li tinvolvi ċ-ċaħda tad-dritt tas-sewqan għal żmien determinat, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 4(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (ĠU 2008, L 337, p. 102)?

    2)

    L-Artikolu 11(2) u l-ewwel sat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU 2006, L 403, p. 18) jippermettu lil Stat Membru, li fih ikollu r-residenza abitwali tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dan l-istess Stat, jirrifjuta li jirrikonoxxi u li jeżegwixxi sanzjoni amministrattiva, imposta fi Stat Membru ieħor, li tinvolvi ċ-ċaħda temporanja tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur bħala konsegwenza tal-fatt li dan id-detentur kiser ir-regoli tat-traffiku u kkawża, b’negliġenza, ħsara moderata fuq il-persuna lil terzi, f’sitwazzjoni fejn ir-reat twettaq meta min wettaq ir-reat kellu liċenzja tas-sewqan maħruġa lilu mill-Istat ta’ residenza sabiex tissostitwixxi l-liċenzja inizjalment maħruġa mill-Istat li fih ġie kkundannat?


    Top