This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0042
Case C-42/21 P: Appeal brought on 27 January 2021 by Lietuvos geležinkeliai AB against the judgment of the General Court (First Chamber, Extended Composition) delivered on 18 November 2020 in Case T-814/17, Lietuvos geležinkeliai v Commission
Kawża C-42/21 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 minn Lietuvos geležinkeliai AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-814/17, Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni
Kawża C-42/21 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 minn Lietuvos geležinkeliai AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-814/17, Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni
ĠU C 98, 22.3.2021, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/16 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 minn Lietuvos geležinkeliai AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-814/17, Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-42/21 P)
(2021/C 98/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Lietuvos geležinkeliai AB (rappreżentanti: W. Deselaers, K. Apel, P. Kirst, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Orlen Lietuva AB
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza taħt appell, fl-intier tagħha jew parzjalment, sa fejn is-sentenza ċaħdet l-azzjoni tal-appellanti għall-annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6544 finali tat-2 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ AT.39813 – Ferrovija Baltika (1) |
— |
tannulla id-Deċiżjoni, fl-intier tagħha jew parzjalment; |
— |
sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas iktar il-multa imposta fuq Lietuvos geležinkeliai; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proċedimenti u l-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq erba’ aggravji.
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u bħala riżultat applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li permezz tagħha impriża dominanti għandha bżonn biss tagħti aċċess lill-infrastruttura jekk ir-rifjut x’aktarx jelimina kull kompetizzjoni fis-suq min-naħa tal-persuna li titlob l-aċċess, jekk tali rifjut ma jistax jiġi ġġustifikat oġġettivament, u jekk l-aċċess fih innifsu huwa indispensabbli biex iwettaq in-negozju ta’ dik il-persuna.
It-tieni nett, it-tneħħija ta’ binarju tal-ferrovija ta’ 19-il kilometru li jorbot lil Mažeikiai fil-majjistral tal-Litwanja mal-fruntiera tal-Latvja (il-“binarju”) “b’għaġla kbira u mingħajr ma l-ewwel ġew assigurati il-fondi meħtieġa” ma jikkostitwixxix abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-liġi meta kkwalifikat it-tneħħija tal-binarju bħala li jista’ jnaqqas il-kompetizzjoni.
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali kkontradixxiet lilha nfisha billi rriferiet għall-intenzjoni allegatament antikompetitiv tal-appellanti għall-iskop li tiddetermina jekk għandha tiġi imposta multa u għall-iskop li tevalwa l-livell tal-multa, minkejja li ġie kkonstatat li l-ksur allegat mhuwiex ibbażat fuq l-intenzjoni, l-istrateġija antikompetittiva jew il-mala fede tal-appellanti.
(1) Sunt tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2017 dwar proċediment taħt l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Każ AT.39813 –Ferrovija Baltika) (innotifikata taħt id-dokument numru C(2017) 6544 (ĠU 2017, C 383, p. 7).