This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CJ0300
Judgment of the Court (Third Chamber) of 4 May 2023.#UI v Österreichische Post AG.#Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof.#Reference for a preliminary ruling – Protection of natural persons with regard to the processing of personal data – Regulation (EU) 2016/679 – Article 82(1) – Right to compensation for damage caused by data processing that infringes that regulation – Conditions governing the right to compensation – Mere infringement of that regulation not sufficient – Need for damage caused by that infringement – Compensation for non-material damage resulting from such processing – Incompatibility of a national rule making compensation for such damage subject to the exceeding of a threshold of seriousness – Rules for the determination of damages by national courts.#Case C-300/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023.
UI vs Österreichische Post AG.
Talba għal deċiżjoni preliminary, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 82(1) – Dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar ta’ data mwettaq bi ksur ta’ dan ir-regolament – Kundizzjonijiet tad-dritt għal kumpens – Insuffiċjenza ta’ sempliċi ksur tal-imsemmi regolament – Neċessità ta’ dannu kkawżat mill-imsemmi ksur – Kumpens għal dannu morali li jirriżulta minn tali pproċessar – Inkompatibbiltà ta’ regola nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal tali dannu għall-qbiż ta’ livell ta’ gravità – Regoli għall-iffissar tad-danni mill-qrati nazzjonali.
Kawża C-300/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023.
UI vs Österreichische Post AG.
Talba għal deċiżjoni preliminary, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 82(1) – Dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar ta’ data mwettaq bi ksur ta’ dan ir-regolament – Kundizzjonijiet tad-dritt għal kumpens – Insuffiċjenza ta’ sempliċi ksur tal-imsemmi regolament – Neċessità ta’ dannu kkawżat mill-imsemmi ksur – Kumpens għal dannu morali li jirriżulta minn tali pproċessar – Inkompatibbiltà ta’ regola nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal tali dannu għall-qbiż ta’ livell ta’ gravità – Regoli għall-iffissar tad-danni mill-qrati nazzjonali.
Kawża C-300/21.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:370
*A9* Oberster Gerichtshof, Beschluss vom 15/04/2021 (6 Ob 35/21x)
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
4 ta’ Mejju 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 82(1) – Dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar ta’ data mwettaq bi ksur ta’ dan ir-regolament – Kundizzjonijiet tad-dritt għal kumpens – Insuffiċjenza ta’ sempliċi ksur tal-imsemmi regolament – Neċessità ta’ dannu kkawżat mill-imsemmi ksur – Kumpens għal dannu morali li jirriżulta minn tali pproċessar – Inkompatibbiltà ta’ regola nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal tali dannu għall-qbiż ta’ livell ta’ gravità – Regoli għall-iffissar tad-danni mill-qrati nazzjonali”
Fil-Kawża C‑300/21,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑15 ta’ April 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑12 ta’ Mejju 2021, fil-proċedura
UI
vs
Österreichische Post AG,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tal-Awla, M. Safjan, N. Piçarra, N. Jääskinen (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal UI, minnu nnifsu, bħala Rechtsanwalt, |
– |
għal Österreichische Post AG, minn R. Marko, Rechtsanwalt, |
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, J. Schmoll u G. Kunnert, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ċek, minn O. Serdula, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
– |
għall-Irlanda, minn M. Browne, A. Joyce, M. Lane u M. Tierney, bħala aġenti, assistiti minn D. Fennelly, BL, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Bouchagiar, M. Heller u H. Kranenborg, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑6 ta’ Ottubru 2022,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2, iktar ’il quddiem il-“GDPR”), moqri flimkien mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn UI u Österreichische Post AG, dwar rikors ippreżentat mill-ewwel wieħed intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu morali li huwa jsostni li ġarrab minħabba l-ipproċessar minn din il-kumpannija ta’ data dwar l-affinitajiet politiċi ta’ persuni residenti fl-Awstrija, b’mod partikolari tiegħu stess, meta ma kienx ta l-kunsens tiegħu għal tali pproċessar. |
Il‑kuntest ġuridiku
3 |
Il-premessi 10, 75, 85 u 146 tal-GDPR huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
|
4 |
L-Artikolu 1 tal-GDPR, intitolat “Suġġett u objettivi”, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu li: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-data personali. 2 Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta’ data personali.” |
5 |
Skont il-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjonijiet”: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
6 |
Il-Kapitolu VIII tal-GDPR, intitolat “Rimedji, responsabbiltà u pieni”, jinkludi l-Artikoli 77 sa 84 ta’ dan ir-regolament. |
7 |
L-Artikolu 77 tal-imsemmi regolament jirrigwarda d-“[d]ritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja”, filwaqt li l-Artikolu 78 tiegħu jirrigwarda d-“[d]ritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja”. |
8 |
L-Artikolu 82 tal-GDPR, intitolat “Dritt għal kumpens u responsabbiltà”, jgħid, fil-paragrafu 1 u 2 tiegħu, li: “1. Kwalunkwe persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tirċievi kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur għad-dannu mġarrab. 2. Kwalunkwe kontrollur involut fl-ipproċessar għandu jkunu responsabbli għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament. […]” |
9 |
L-Artikolu 83 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Kondizzjonijiet ġenerali biex jiġu imposti multi amministrattivi”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Kull awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6 għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva f’kull każ individwali.” |
10 |
L-Artikolu 84 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Pieni”, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni oħrajn applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari għal ksur li ma jkunx soġġett għal multi amministrattivi skont l-Artikolu 83, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
11 |
Mis-sena 2017, Österreichische Post, kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijak li tipprattika l-bejgħ ta’ indirizzi, ġabret informazzjoni dwar l-affinitajiet politiċi tal-popolazzjoni Awstrijaka. Bl-użu ta’ algoritmu li jieħu inkunsiderazzjoni diversi kriterji soċjali u demografiċi, hija ddefinixxiet “indirizzi ta’ gruppi fil-mira”. Id-data ġġenerata b’dan il-mod inbiegħet lil organizzazzjonijiet differenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu kunsinni mmirati ta’ reklamar. |
12 |
Fil-kuntest tal-attività tagħha, Österreichische Post ipproċessat data li, permezz ta’ estrapolazzjoni statistika, wasslitha sabiex tiddeduċi affinità għolja tar-rikorrent fil-kawża prinċipali ma’ ċertu partit politiku Awstrijak. Dawn l-elementi ma ġewx trażmessi lil terzi, iżda r-rikorrent fil-kawża prinċipali, li ma kienx ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu, ħassu offiż li kienet ġiet attribwita lilu affinità mal-partit inkwistjoni. Il-fatt li d-data dwar l-opinjonijiet politiċi allegati tiegħu nżammu fi ħdan din il-kumpannija kkawżalu skuntentizza kbira, telf ta’ fiduċja, kif ukoll sentiment ta’ umiljazzjoni. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ma ġie kkonstatat ebda dannu ieħor għajr dawn id-danni ta’ natura temporanja u ta’ natura emozzjonali. |
13 |
F’dan il-kuntest, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta, quddiem il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (il-Qorti Reġjonali li Tiddeċiedi fil-Qasam Ċivili ta’ Vjenna, l-Awstrija), rikors intiż, minn naħa, sabiex Österreichische Post tiġi ordnata twaqqaf l-ipproċessar tad-data ta’ natura personali inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex din il-kumpannija tiġi kkundannata tħallsu l-ammont ta’ EUR 1000 bħala kumpens għad-dannu morali li huwa jsostni li ġarrab. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑14 ta’ Lulju 2020, din il-qorti laqgħet it-talba għal waqfien, iżda ċaħdet it-talba għal kumpens. |
14 |
Adita b’appell, l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija) ikkonfermat, permezz ta’ sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2020, id-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza. Fir-rigward tat-talba għal kumpens, din il-qorti rreferiet għall-premessi 75, 85 u 146 tal-GDPR u qieset li d-dispożizzjonijiet tad-dritt intern tal-Istati Membri fil-qasam tar-responsabbiltà ċivili jikkompletaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, sa fejn dan ma jinkludix regoli speċjali. F’dan ir-rigward, hija rrilevat li, skont id-dritt Awstrijak, ksur tar-regoli ta’ protezzjoni tad-data personali ma jwassalx awtomatikament għal dannu morali u jagħti dritt għal kumpens biss meta tali dannu jilħaq ċertu “livell ta’ gravità”. Issa, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tas-sentimenti negattivi li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien invoka. |
15 |
Adita miż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ sentenza interlokutorja tal‑15 ta’ April 2021, ma laqgħetx ir-rikors għal reviżjoni li Österreichische Post ippreżentat kontra l-obbligu ta’ waqfien li kien ġie impost fuqha. Għaldaqstant, din il-qorti tibqa’ adita unikament bir-rikors għal reviżjoni li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta kontra ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal kumpens li kienet ġiet deċiża fir-rigward tiegħu. |
16 |
Insostenn tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tindika li mill-premessa 146 tal-GDPR jirriżulta li l-Artikolu 82 ta’ dan ir-regolament stabbilixxa sistema proprja ta’ responsabbiltà fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, li ssostitwixxiet is-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri. Għaldaqstant, il-kunċetti li jinsabu f’dan l-Artikolu 82, b’mod partikolari l-kunċett ta’ “dannu” msemmi fil-paragrafu 1 tiegħu, għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu u l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-imsemmija responsabbiltà għandhom jiġu ddefiniti mhux fid-dawl tar-regoli tad-dritt nazzjonali, iżda fid-dawl tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni. |
17 |
B’mod iktar preċiż, fl-ewwel lok, fir-rigward tad-dritt għal kumpens minħabba ksur tal-protezzjoni tad-data personali, din il-qorti għandha t-tendenza li tqis, fid-dawl tas-sitt sentenza tal-premessa 146 tal-GDPR, li kumpens ibbażat fuq l-Artikolu 82 ta’ dan ir-regolament jippreżupponi li dannu materjali jew morali jkun ġie realment imġarrab mis-suġġett tad-data. L-għoti ta’ tali kumpens huwa suġġett għall-prova ta’ dannu konkret distint mill-imsemmi ksur, li fih innifsu ma jistabbilixxix l-eżistenza ta’ dannu morali. Il-premessa 75 tal-imsemmi regolament issemmi s-sempliċi possibbiltà li dannu morali jirriżulta mill-istanzi ta’ ksur elenkati fih u, għalkemm il-premessa 85 tiegħu ssemmi ċertament ir-riskju ta’ “telf ta’ kontroll” tad-data affettwata, dan ir-riskju huwa madankollu inċert f’dan il-każ, peress li din ma ġietx trażmessa lil terz. |
18 |
Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-kumpens li jista’ jingħata skont l-Artikolu 82 tal-GDPR, l-imsemmija qorti tqis li l-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni għandu jkollu effett limitat, għar-raġunijiet li dan ir-regolament diġà jipprevedi sanzjonijiet iebsa fil-każ ta’ ksur tiegħu u li għalhekk ma huwiex neċessarju li jiġu allokati wkoll danni għolja sabiex jiġi ggarantit l-effett utli tiegħu. Fil-fehma tagħha, il-kumpens għad-dannu dovut f’dan ir-rigward għandu jkun proporzjonat, effettiv u dissważiv, sabiex id-danni mogħtija jkunu jistgħu jissodisfaw funzjoni kumpensatorja, iżda ma jkunux ta’ natura punittiva, li hija estranja għad-dritt tal-Unjoni. |
19 |
Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tqiegħed f’dubju l-argument, difiż minn Österreichische Post, li jgħid li l-għoti ta’ tali kumpens huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-ksur tal-protezzjoni tad-data personali jkun ikkawża dannu partikolarment gravi. F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li l-premessa 146 tal-GDPR tiffavorixxi interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ “dannu”, fis-sens ta’ dan ir-regolament. Hija tqis li dannu morali għandu jiġi kkumpensat, skont l-Artikolu 82 tiegħu, jekk ikun tanġibbli, anki jekk ikun żgħir. Min-naħa l-oħra, tali dannu ma għandux jiġi kkumpensat jekk jidher totalment negliġibbli, bħalma huwa l-każ fil-preżenza ta’ sempliċi sentimenti spjaċevoli li normalment jakkumpanjaw tali ksur. |
20 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ammissibbiltà tal‑ewwel u tat‑tieni domanda
21 |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jsostni, essenzjalment, li l-ewwel domanda magħmula hija inammissibbli, għar-raġuni li hija ipotetika. Huwa jsostni, qabelxejn, li l-azzjoni tiegħu għal kumpens ma hijiex ibbażata fuq “sempliċi” ksur ta’ dispożizzjoni tal-GDPR. Sussegwentement, id-deċiżjoni ta’ rinviju ssemmi l-eżistenza ta’ konsensus dwar il-fatt li kumpens huwa dovut biss meta tali ksur ikun akkumpanjat minn dannu effettivament imġarrab. Fl-aħħar nett, fil-fehma tiegħu, l-unika ħaġa li tidher li hija kkontestata bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali hija l-kwistjoni dwar jekk id-dannu għandux jaqbeż ċertu “livell ta’ gravità”. Issa, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tielet domanda magħmula f’dan ir-rigward fin-negattiv – kif huwa stess jipproponi –, l-ewwel domanda tkun għalhekk irrilevanti sabiex tiġi deċiża l-imsemmija kawża. |
22 |
Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jallega wkoll li t-tieni domanda magħmula hija inammissibbli, għar-raġuni li din hija fl-istess ħin wiesgħa ħafna fir-rigward tal-kontenut tagħha u hija impreċiża wisq fir-rigward tal-formulazzjoni tagħha, peress li l-qorti tar-rinviju ssemmi “rekwiżiti […] tad-dritt tal-Unjoni”, mingħajr ma tindika b’mod konkret waħda minnhom. |
23 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni li għandha tevalwa, fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, li jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Għaldaqstant, peress li d-domanda magħmula tirrigwarda l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, hija marbuta li tagħti deċiżjoni, ħlief jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għall-imsemmija domanda (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ Diċembru 1995, Bosman,C‑415/93, EU:C:1995:463, punt 61; tas‑7 ta’ Settembru 1999, Beck u Bergdorf, C‑355/97, EU:C:1999:391, punt 22, kif ukoll tal‑5 ta’ Mejju 2022, Zagrebačka banka, C‑567/20, EU:C:2022:352, punt‑43 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
24 |
F’din il-proċedura, l-ewwel domanda tirrigwarda l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 82 tal-GDPR. Barra minn hekk, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ma għandhiex rabta mal-kawża prinċipali jew li l-problema mqajma hija ta’ natura ipotetika. Fil-fatt, minn naħa, din it-tilwima tirrigwarda talba għal kumpens li taqa’ taħt is-sistema ta’ protezzjoni tad-data personali stabbilita mill-GDPR. Min-naħa l-oħra, din il-kwistjoni hija intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ responsabbiltà stabbiliti minn dan ir-regolament, huwiex neċessarju li s-suġġett tad-data jkun ġarrab dannu li huwa distint mill-ksur tiegħu. |
25 |
Għal dak li jirrigwarda t-tieni domanda, diġà ġie deċiż li s-sempliċi fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi f’termini astratti u ġenerali ma jistax ikollu l-effett li jwassal għall-inammissibbiltà ta’ talba għal deċiżjoni preliminari (sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2007, International Mail Spain, C‑162/06, EU:C:2007:681, punt 24). Domanda magħmula f’tali termini tista’ titqies li hija ipotetika, u għalhekk inammissibbli, jekk id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludix minimu ta’ spjegazzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita rabta bejn l-imsemmija domanda u l-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2021, Sanresa, C‑295/20, EU:C:2021:556, punti 69 u 70). |
26 |
Issa, dan ma huwiex il-każ hawnhekk, peress li l-qorti tar-rinviju tispjega li t-tieni domanda tagħha hija bbażata fuq dubju dwar jekk, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-danni possibbilment dovuti minn Österreichische Post minħabba ksur ta’ dispożizzjonijiet tal-GDPR, huwiex neċessarju li tiġi żgurata l-osservanza mhux biss tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, li jissemmew f’din id-domanda, iżda wkoll ta’ eventwali rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-assenza ta’ indikazzjonijiet iktar preċiżi minn dawk ipprovduti minn din il-qorti dwar l-imsemmija prinċipji ma ċċaħħadx lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-kapaċità tagħha li tagħti interpretazzjoni utli tar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. |
27 |
Għaldaqstant, l-ewwel u t-tieni domanda huma ammissibbli. |
Fuq il‑mertu
Fuq l‑ewwel domanda
28 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 82(1) tal-GDPR għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament huwa biżżejjed sabiex jagħti dritt għal kumpens. |
29 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha għandu normalment jingħata, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi (sentenzi tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità)C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 81, u tal‑10 ta’ Frar 2022, ShareWood SwitzerlandC‑595/20, EU:C:2022:86, punt 21), li għandha, b’mod partikolari, titfittex billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni kkonċernata u l-kuntest li fih tinsab (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ April 2021, The North of England P & I Association, C‑786/19, EU:C:2021:276, punt 48, kif ukoll tal‑10 ta’ Ġunju 2021, KRONE – Verlag, C‑65/20, EU:C:2021:471, punt 25). |
30 |
Issa, il-GDPR ma jagħmilx riferiment għad-dritt tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda s-sens u l-portata tat-termini li jinsabu fl-Artikolu 82 ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċetti ta’ “dannu materjali jew morali” u ta’ “kumpens għad-dannu mġarrab”. Minn dan jirriżulta li dawn it-termini għandhom jitqiesu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmi regolament, bħala li jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni, li għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha. |
31 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tat-test tal-Artikolu 82 tal-GDPR, għandu jitfakkar li l-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jistabbilixxi li “[k]walunkwe persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tirċievi kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur għad-dannu mġarrab”. |
32 |
Minn naħa, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li l-eżistenza ta’ “dannu” li jkun “iġġarrab” tikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet tad-dritt għal kumpens previst fl-imsemmija dispożizzjoni, bħall-eżistenza ta’ ksur tal-GDPR u ta’ rabta kawżali bejn dan id-dannu u dan il-ksur, peress li dawn it-tliet kundizzjonijiet huma kumulattivi. |
33 |
Għaldaqstant, ma jistax jitqies li kull “ksur” tad-dispożizzjonijiet tal-GDPR jagħti, waħdu, l-imsemmi dritt għal kumpens għall-benefiċċju tas-suġġett tad-data, kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament. Tali interpretazzjoni tmur kontra l-formulazzjoni tal-Artikolu 82(1) tal-imsemmi regolament. |
34 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li r-riferiment distint għal “dannu” u għal “ksur”, fl-Artikolu 82(1) tal-GDPR, ikun superfluwu li kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kien qies li ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jista’ jkun biżżejjed, waħdu u fi kwalunkwe każ, sabiex jiġi stabbilit dritt għal kumpens. |
35 |
Fit-tieni lok, l-interpretazzjoni letterali preċedenti hija kkorroborata mill-kuntest li fih taqa’ din id-dispożizzjoni. |
36 |
Fil-fatt, l-Artikolu 82(2) tal-GDPR, li jispeċifika s-sistema ta’ responsabbiltà li l-prinċipju tagħha huwa stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jirriproduċi t-tliet kundizzjonijiet neċessarji sabiex jinħoloq id-dritt għal kumpens, jiġifieri pproċessar ta’ data personali mwettaq bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-GDPR, dannu mġarrab mis-suġġett tad-data, u rabta kawżali bejn dan l-ipproċessar illegali u dan id-dannu. |
37 |
Barra minn hekk, il-kjarifiki pprovduti mill-premessi 75, 85 u 146 tal-GDPR jikkonfermaw din l-interpretazzjoni. Minn naħa, il-premessa 146, li tirrigwarda speċifikament id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 82(1) ta’ dan ir-regolament, tirreferi, fl-ewwel sentenza tagħha, għall-“dannu li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar li jikser [l-imsemmi regolament]”. Min-naħa l-oħra, il-premessi 75 u 85 isemmu, rispettivament, li “riskji […] jistgħu jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ data personali li tista’ twassal għal dannu” u li “vjolazzjoni ta’ data personali tista’ […] tirriżulta f’dannu”. Minn dan jirriżulta, l-ewwel, li l-ikkawżar ta’ dannu fil-kuntest ta’ tali pproċessar huwa biss potenzjali, it-tieni, li ksur tal-GDPR ma jwassalx neċessarjament għal dannu u, it-tielet, li għandha teżisti rabta kawżali bejn il-ksur inkwistjoni u d-dannu mġarrab mis-suġġett tad-data sabiex jiġi stabbilit dritt għal kumpens. |
38 |
L-interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 82(1) tal-GDPR hija kkorroborata wkoll minn paragun ma’ dispożizzjonijiet oħra li jinsabu wkoll fil-Kapitolu VIII ta’ dan ir-regolament, li jirregola, b’mod partikolari, ir-rimedji ġudizzjarji differenti li jippermettu li jiġu protetti d-drittijiet tas-suġġett tad-data fil-każ ta’ pproċessar tad-data personali tiegħu allegatament kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament. |
39 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikoli 77 u 78 tal-GDPR, li jinsabu fl-imsemmi kapitolu, jipprevedu rimedji ġudizzjarji quddiem awtorità superviżorja, fil-każ ta’ ksur allegat ta’ dan ir-regolament, mingħajr ma jissemma li s-suġġett tad-data għandu jkun ġarrab “dannu” sabiex ikun jista’ jippreżenta tali rikorsi, kuntrarjament għat-termini użati fl-imsemmi Artikolu 82 fir-rigward tal-azzjonijiet għal kumpens. Din id-differenza fil-formulazzjoni turi l-importanza tal-kriterju tad-“dannu”, u għalhekk tas-singularità tiegħu meta mqabbel mal-kriterju tal-“ksur”, għall-finijiet tat-talbiet għal kumpens ibbażati fuq il-GDPR. |
40 |
Bl-istess mod, l-Artikoli 83 u 84 tal-GDPR, li jippermettu li jiġu imposti multi amministrattivi kif ukoll sanzjonijiet oħra, għandhom essenzjalment għan punittiv u ma humiex suġġetti għall-eżistenza ta’ dannu individwali. Ir-relazzjoni bejn ir-regoli stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 82 u dawk stabbiliti fl-imsemmija Artikoli 83 u 84 turi li teżisti differenza bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ dispożizzjonijiet, iżda wkoll komplementarjetà, f’termini ta’ inċentiv għall-osservanza tal-GDPR, filwaqt li għandu jiġi osservat li d-dritt ta’ kull persuna li titlob kumpens għal dannu jsaħħaħ in-natura operattiva tar-regoli ta’ protezzjoni previsti minn dan ir-regolament u huwa ta’ natura li jiskoraġġixxi r-repetizzjoni ta’ aġir illegali. |
41 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi ppreċiżat li r-raba’ sentenza tal-premessa 146 tal-GDPR tindika li r-regoli stabbiliti minn dan tal-aħħar għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni għad-danni bbażata fuq ksur ta’ regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt ta’ Stat Membru. |
42 |
Fid-dawl tar-raġunijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 82(1) tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma huwiex biżżejjed sabiex jingħata dritt għal kumpens. |
Fuq it‑tielet domanda
43 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata qabel it-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 82(1) tal-GDPR għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola jew prattika nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal dannu morali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li d-dannu mġarrab mis-suġġett tad-data jkun laħaq ċertu livell ta’ gravità. |
44 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif ġie enfasizzat fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, il-kunċett ta’ “dannu” u, b’mod iktar speċifiku f’dan il-każ, il-kunċett ta’ “dannu morali”, fis-sens tal-Artikolu 82 tal-GDPR, għandhom jirċievu, fid-dawl tal-assenza ta’ kwalunkwe riferiment għad-dritt intern tal-Istati Membri, definizzjoni awtonoma u uniformi, speċifika għad-dritt tal-Unjoni. |
45 |
Fl-ewwel lok, il-GDPR ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ “dannu”, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-istrument. L-Artikolu 82 tiegħu jillimita ruħu li jiddikjara b’mod espliċitu li jistgħu jagħtu dritt għal kumpens mhux biss “dannu materjali”, iżda wkoll “dannu morali”, mingħajr ma jissemma xi livell ta’ gravità. |
46 |
Fit-tieni lok, il-kuntest li fih taqa’ din id-dispożizzjoni donnu jindika wkoll li d-dritt għal kumpens ma huwiex suġġett għall-fatt li d-dannu kkunsidrat għandu jilħaq ċertu livell ta’ gravità. Fil-fatt, il-premessa 146 tal-GDPR, tiddikjara, fit-tielet sentenza tagħha, li “[i]l-kunċett ta’ dannu għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja b’mod li jissodisfa b’mod sħiħ l-objettivi ta’ dan ir-Regolament”. Issa, din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ “dannu”, ippreferuta mil-leġiżlatur tal-Unjoni, tiġi kkontradetta jekk l-imsemmi kunċett ikun limitat biss għad-danni ta’ ċerta gravità. |
47 |
Fit-tielet u fl-aħħar lok, tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għanijiet imfittxija mill-GDPR. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tielet sentenza tal-premessa 146 ta’ dan ir-regolament tistieden espressament li jittieħdu inkunsiderazzjoni “b’mod sħiħ l-objettivi [tal-imsemmi regolament]” sabiex jiġi ddefinit il-kunċett ta’ “dannu”, fis-sens tiegħu. |
48 |
B’mod partikolari, mill-premessa 10 tal-GDPR jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom, b’mod partikolari, l-għanijiet li jiżguraw livell koerenti u għoli ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fi ħdan l-Unjoni u, għal dan l-għan, li jiżguraw applikazzjoni koerenti u omoġenja tar-regoli ta’ protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali ta’ dawn il-persuni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ tali data fl-Unjoni kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland u Schrems, C‑311/18, EU:C:2020:559, punt 101, kif ukoll tat‑12 ta’ Jannar 2023, Österreichische Post (Informazzjoni dwar id-destinatarji ta’ data personali), C‑154/21, EU:C:2023:3, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
49 |
Issa, l-issuġġettar tal-kumpens għal dannu morali għal ċertu livell ta’ gravità jista’ jippreġudika l-koerenza tas-sistema stabbilita mill-GDPR, peress li l-gradwazzjoni ta’ tali livell, li fuqu tiddependi l-possibbiltà jew le li jinkiseb l-imsemmi kumpens, tista’ tvarja skont l-evalwazzjoni tal-qrati aditi. |
50 |
Xorta jibqa’ l-fatt li l-interpretazzjoni hekk adottata ma tistax tinftiehem bħala li timplika li persuna kkonċernata bi ksur tal-GDPR li kellu konsegwenzi negattivi fil-konfront tagħha tkun eżentata milli turi li dawn il-konsegwenzi jikkostitwixxu dannu morali, fis-sens tal-Artikolu 82 ta’ dan ir-regolament. |
51 |
Fid-dawl tar-raġunijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 82(1) tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola jew prattika nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens għal dannu morali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li d-dannu mġarrab mis-suġġett tad-data jkun laħaq ċertu livell ta’ gravità. |
Fuq it‑tieni domanda
52 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 82 tal-GDPR għandux jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont tad-danni dovuti abbażi tad-dritt għal kumpens stabbilit f’dan l-artikolu, il-qrati nazzjonali għandhom japplikaw ir-regoli interni ta’ kull Stat Membru dwar il-portata tal-kumpens pekunjarju, b’osservanza mhux biss tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni. |
53 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-assenza ta’ regoli tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-aspetti proċedurali tar-rikorsi ġudizzjarji intiżi li tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn il-modalitajiet ma jkunux, fis-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni, inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li dawn ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Diċembru 2017, El Hassani, C‑403/16, EU:C:2017:960, punt 26, u tal‑15 ta’ Settembru 2022, Uniqa Versicherungen, C‑18/21, EU:C:2022:682, punt 36). |
54 |
F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-GDPR ma jinkludix dispożizzjoni li għandha l-għan li tiddefinixxi r-regoli dwar l-evalwazzjoni tad-danni li suġġett tad-data, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, jista’ jitlob, skont l-Artikolu 82 tiegħu, meta ksur tal-imsemmi regolament ikun ikkawżalu dannu. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-modalitajiet tal-azzjonijiet intiżi li jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jgawdu taħt dan l-Artikolu 82 u, b’mod partikolari, il-kriterji li jippermettu li tiġi ddeterminata l-portata tal-kumpens dovut f’dan il-kuntest, bla ħsara għall-osservanza tal-imsemmija prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2006, Manfredi et, C‑295/04 sa C‑298/04, EU:C:2006:461, punti 92 u 98). |
55 |
Għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ ekwivalenza, f’din il-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha ebda prova ta’ natura li tqajjem dubju dwar il-konformità ma’ dan il-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija applikabbli għall-kawża prinċipali u, għaldaqstant, ta’ natura li tindika li l-imsemmi prinċipju jista’ jkollu effett konkret fil-kuntest ta’ din it-tilwima. |
56 |
Għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ effettività, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk il-modalitajiet previsti fid-dritt Awstrijak, għall-iffissar ġudizzjarju tad-danni dovuti abbażi tad-dritt għal kumpens stabbilit fl-Artikolu 82 tal-GDPR, jirrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar speċifiku minn dan ir-regolament. |
57 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li s-sitt sentenza tal-premessa 146 tal-GDPR tindika li dan l-istrument huwa intiż li jiżgura “kumpens sħiħ u effettiv għad-dannu [mġarrab]”. |
58 |
F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-funzjoni kumpensatorja tad-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 82 tal-GDPR, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 39, 49 u 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, kumpens pekunjarju bbażat fuq din id-dispożizzjoni għandu jitqies li huwa “komplet u effettiv” jekk jippermetti li jiġi kkumpensat b’mod sħiħ id-dannu konkretament imġarrab minħabba l-ksur ta’ dan ir-regolament, mingħajr ma jkun neċessarju, għall-finijiet ta’ tali kumpens sħiħ, li jiġi impost il-ħlas ta’ danni punittivi. |
59 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 82 tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont tad-danni dovuti abbażi tad-dritt għal kumpens stabbilit f’dan l-artikolu, il-qrati nazzjonali għandhom japplikaw ir-regoli interni ta’ kull Stat Membru dwar il-portata tal-kumpens pekunjarju, sakemm jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni. |
Fuq l‑ispejjeż
60 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.