This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0397
Case C-397/21: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 13 October 2022 (request for a preliminary ruling from the Fővárosi Törvényszék — Hungary) — HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. v Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Request for a preliminary ruling — Harmonisation of fiscal legislation — Common system of value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Sales which are not subject to VAT — VAT unduly invoiced and paid — Liquidation of the provider — Refusal by the tax authority to refund to the customer VAT improperly paid — Principles of effectiveness, tax neutrality and non-discrimination)
Kawża C-397/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Bejgħ mhux suġġett għall-VAT – VAT iffatturata indebitament u mħallsa – Stralċ tal-fornitur – Rifjut tar-rimbors mill-awtorità fiskali lir-riċevitur tal-VAT imħallsa indebitament – Prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ nondiskriminazzjoni)
Kawża C-397/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Bejgħ mhux suġġett għall-VAT – VAT iffatturata indebitament u mħallsa – Stralċ tal-fornitur – Rifjut tar-rimbors mill-awtorità fiskali lir-riċevitur tal-VAT imħallsa indebitament – Prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ nondiskriminazzjoni)
ĠU C 463, 5.12.2022, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-397/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Bejgħ mhux suġġett għall-VAT - VAT iffatturata indebitament u mħallsa - Stralċ tal-fornitur - Rifjut tar-rimbors mill-awtorità fiskali lir-riċevitur tal-VAT imħallsa indebitament - Prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ nondiskriminazzjoni)
(2022/C 463/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), għandha tiġi interpretata fis-sens li: tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli li persuna taxxabbli oħra tkun ipprovditilha servizz ma tistax titlob, direttament mingħand l-amministrazzjoni fiskali, ir-rimbors tal-ammont korrispondenti għall-VAT li ġiet iffatturata lilha indebitament minn dan il-fornitur u li dan tal-aħħar ħallas lit-Teżor pubbliku, meta l-irkupru tal-ammont ta’ din il-VAT imħallsa indebitament lill-imsemmi fornitur huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli minħabba l-fatt li dan tal-aħħar kien is-suġġett ta’ proċedura ta’ stralċ u anke meta dawn il-persuni taxxabbli ma jistgħu jiġu akkużati b’ebda frodi jew abbuż, b’tali mod li ma jeżistix riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali għal dan l-Istat Membru. |
2) |
L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-każ fejn persuna taxxabbli li persuna taxxabbli oħra tkun ipprovditilha servizz tista’ titlob direttament mingħand l-amministrazzjoni fiskali r-rimbors tal-ammont li jikkorrispondi għall-VAT li ġiet iffatturata lilha indebitament minn dan il-fornitur u li dan tal-aħħar kien ħallas lit-Teżor pubbliku, din l-amministrazzjoni għandha l-obbligu li tħallas interessi fuq dan l-ammont jekk hija ma tkunx ħallset dan ir-rimbors f’terminu raġonevoli wara li tkun intalbet dan ir-rimbors. Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-interessi fuq dan l-ammont jaqgħu taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, stabbiliti mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, peress li r-regoli nazzjonali relatati b’mod partikolari mal-kalkolu tal-interessi eventwalment dovuti ma għandhomx iwasslu sabiex iċaħħdu lill-persuna taxxabbli minn kumpens xieraq għat-telf ikkawżat mir-rimbors tardiv tal-istess ammont. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel dak kollu li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħha sabiex tiżgura l-effett sħiħ ta’ dan l-Artikolu 183 billi tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni. |