Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0376

    Kawża C-376/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Zamestnik-ministar na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto i rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020 vs Obshtina Razlog (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 – Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 – Inapplikabbiltà għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-Istati Membri u ffinanzjati minn riżorsi provenjenti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – Direttiva 2014/24/UE – Riferiment dirett u inkundizzjonat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni – Applikabbiltà għal kuntratt li l-valur stmat tiegħu huwa inqas mil-limitu stabbilit mid-Direttiva – Artikolu 32(2)(a) – Possibbiltà għal awtorità kontraenti li tniedi stedina għall-parteċipazzjoni fi proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt lil operatur ekonomiku wieħed, wara li tkun ikkonstatat in-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura preċedentement miftuħa – Obbligu li jinżammu l-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mingħajr ma jiġu introdotti emendi sostanzjali)

    ĠU C 303, 8.8.2022, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Zamestnik-ministar na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto i rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020 vs Obshtina Razlog

    (Kawża C-376/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 - Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 - Inapplikabbiltà għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-Istati Membri u ffinanzjati minn riżorsi provenjenti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej - Direttiva 2014/24/UE - Riferiment dirett u inkundizzjonat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni - Applikabbiltà għal kuntratt li l-valur stmat tiegħu huwa inqas mil-limitu stabbilit mid-Direttiva - Artikolu 32(2)(a) - Possibbiltà għal awtorità kontraenti li tniedi stedina għall-parteċipazzjoni fi proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt lil operatur ekonomiku wieħed, wara li tkun ikkonstatat in-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura preċedentement miftuħa - Obbligu li jinżammu l-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mingħajr ma jiġu introdotti emendi sostanzjali)

    (2022/C 303/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Varhoven administrativen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Zamestnik-ministar na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto i rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020

    Konvenut: Obshtina Razlog

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 160(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u l-Artikolu 102(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi organizzati mill-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, anki meta dawn il-kuntratti huma ffinanzjati minn riżorsi li joriġinaw mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

    2)

    L-Artikolu 32(2)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, kif emendata bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta’ Novembru 2015, moqri flimkien mal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, kif emendat mir-Regolament ta’ Delega 2015/2170, għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, tindirizza ruħha lil operatur ekonomiku wieħed biss meta, din il-proċedura tirriproduċi, mingħajr emendi sostanzjali, il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt imsemmija fi proċedura preċendentement miftuħa li ngħalqet minħabba li l-unika offerta ppreżentata kienet inadegwata, għalkemm l-għan tal-kuntratt inkwistjoni ma jippreżentax oġġettivament karatteristiċi distinti li jiġġustifikaw li l-eżekuzzjoni tiegħu tiġi fdata esklusssivament lil dan l-operatur.


    (1)  ĠU C 391, 27.9.2021


    Top