Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0683

    Kawża T-683/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbun) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun – Disinni nazzjonali u Komunitarju preċedenti prodotti wara l-introduzzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ novità – Assenza ta’ karattru individwali – Grad ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 109, 7.3.2022, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 109, 7.3.2022, p. 10–10 (GA)

    7.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 109/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Legero Schuhfabrik vs EUIPO – Rieker Schuh (Żarbun)

    (Kawża T-683/20) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun - Disinni nazzjonali u Komunitarju preċedenti prodotti wara l-introduzzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 28(1)(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ novità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 5 u 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    (2022/C 109/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Legero Schuhfabrik GmbH (Feldkirchen bei Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rieker Schuh AG (Thayngen, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Schabenberger, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2020 (Każ R 1648/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Legero Schuhfabrik u Rieker Schuh.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Legero Schuhfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


    Top