Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0435

    Kawża T-435/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – JR vs Il-Kummisjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Sigriet tal-ħidma tal-Bord tal-Għażla – Piż mogħti lill-elementi li jifformaw eżami previsti fl-avviż tal-kompetizzjoni”)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – JR vs Il-Kummisjoni

    (Kawża T-435/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sigriet tal-ħidma tal-Bord tal-Għażla - Piż mogħti lill-elementi li jifformaw eżami previsti fl-avviż tal-kompetizzjoni”)

    (2021/C 462/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: JR (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska u I. Melo Sampaio, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – Amministraturi, tal-15 ta’ April 2020, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ dan il-bord tal-għażla tas-16 ta’ Diċembru 2019 li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u, sa fejn ikun meħtieġ, għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni tal-aħħar.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – Amministraturi, tal-15 ta’ April 2020, li isem JR ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-grad AD 6 fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


    Top