This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0190
Case C-190/20: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 5 May 2020 — DocMorris NV v Apothekerkammer Nordrhein
Kawża C-190/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – DocMorris NV vs Apothekerkammer Nordrhein
Kawża C-190/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – DocMorris NV vs Apothekerkammer Nordrhein
ĠU C 279, 24.8.2020, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – DocMorris NV vs Apothekerkammer Nordrhein
(Kawża C-190/20)
(2020/C 279/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DocMorris NV
Konvenuta: Apothekerkammer Nordrhein
Domanda preliminari
Huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII, u b’mod partikolari mal-Artikolu 87(3) tad-Direttiva 2001/83 (1), li dispożizzjoni nazzjonali tiġi interpretata (f’’dan il-każ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tal-Gesetzes über die Werbung auf dem Gebiete des Heilwesens (il-Liġi dwar ir-Reklamar għall-Prodotti Terapewtiċi)) fis-sens li huwa pprojbit għal spiżerija li tbigħ bil-korrispondenza stabbilita fi Stat Membru ieħor li tiġbed lejha klijenti billi toffri premju fil-kuntest ta’ lotterija promozzjonali peress li l-parteċipazzjoni fil-lotterija promozzjonali hija marbuta mal-preżentazzjoni ta’ riċetta għal prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem suġġetta għal preskrizzjoni medika, li l-premju mwiegħed ma huwiex prodott mediċinali, iżda oġġett ieħor (f’dan il-każ rota tal-elettriku li tiswa EUR 2 500 u xkupilji tas-snien tal-elettriku), u li ma hemmx riskju li jiġi inkoraġġit użu irrazzjonali jew eċċessiv tal-prodotti mediċinali?
(1) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).