This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0012
Case C-12/20: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 24 June 2021 (request for a preliminary ruling from the Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Germany) — DB Netz AG v Bundesrepublik Deutschland (Reference for a preliminary ruling — Rail transport — International rail freight corridors — Regulation (EU) No 913/2010 — Article 13(1) — Establishment of a one-stop shop for each freight corridor — Article 14 — Nature of the framework for the allocation of the infrastructure capacity on the freight corridor laid down by the executive board — Article 20 — Regulatory bodies — Directive 2012/34/EU — Article 27 — Procedure for submitting applications for infrastructure capacity — Role of infrastructure managers — Articles 56 and 57 — Functions of the regulatory bodies and cooperation between regulatory bodies)
Kawża C-12/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen – il-Ġermanja) – DB Netz AG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport ferrovjarju – Kurituri internazzjonali għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija – Regolament (UE) Nru 913/2010 – Artikolu 13(1) – Stabbiliment ta’ punt ta’ waqfa waħda għal kull kuritur tal-merkanzija – Artikolu 14 – Natura tal-kuntest għall-allokazzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura fuq il-kuritur tal-merkanzija stabbilit mill-bord eżekuttiv – Artikolu 20 – Korpi regolatorji – Direttiva 2012/34/UE – Artikolu 27 – Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal kapaċitajiet ta’ infrastruttura – Rwol tal-ġestjonarji tal-infrastruttura – Artikoli 56 u 57 – Funzjonijiet tal-korp regolatorju u kooperazzjoni bejn korpi regolatorji)

ĠU C 320, 9.8.2021, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen – il-Ġermanja) – DB Netz AG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-12/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Kurituri internazzjonali għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija - Regolament (UE) Nru 913/2010 - Artikolu 13(1) - Stabbiliment ta’ punt ta’ waqfa waħda għal kull kuritur tal-merkanzija - Artikolu 14 - Natura tal-kuntest għall-allokazzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura fuq il-kuritur tal-merkanzija stabbilit mill-bord eżekuttiv - Artikolu 20 - Korpi regolatorji - Direttiva 2012/34/UE - Artikolu 27 - Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal kapaċitajiet ta’ infrastruttura - Rwol tal-ġestjonarji tal-infrastruttura - Artikoli 56 u 57 - Funzjonijiet tal-korp regolatorju u kooperazzjoni bejn korpi regolatorji)
(2021/C 320/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DB Netz AG
Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 13(1), l-Artikolu 14(9) u l-Artikolu 18(c) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv, kif ukoll l-Artikolu 27(1) u (2) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, moqri flimkien mal-punt 3(a) tal-Anness IV ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġestjonarju tal-infrastruttura, iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, huwa l-awtorità kompetenti sabiex jadotta, fil-kuntest tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk nazzjonali, ir-regoli applikabbli għall-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal kapaċitajiet ta’ infrastruttura, inkluż fir-rigward tal-użu esklużiv ta’ sistema ta’ riżervazzjoni elettronika speċifika, mal-punt ta’ waqfa waħda previst f’dan l-Artikolu 13(1). |
2) |
Il-verifika minn korp nazzjonali regolatorju tar-regoli dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal kapaċitajiet ta’ infrastruttura fil-punt ta’ waqfa waħda previsti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 913/2010, u li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-korp regolatorju ta’ Stat Membru ma jistax jopponi dawn ir-regoli mingħajr ma jikkonforma ruħu mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li jirriżultaw minn dan l-Artikolu 20 u, b’mod partikolari, mingħajr ma jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra li jipparteċipaw fil-kuritur tal-merkanzija, sabiex jintlaħaq, sa fejn possibbli, approċċ komuni. |
3) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 913/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura fil-kuritur tal-merkanzija stabbilit mill-bord eżekuttiv skont din id-dispożizzjoni ma jikkostitwixxix att tad-dritt tal-Unjoni. |