Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0031

    Kawża T-31/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – AF vs FRA

    ĠU C 103, 18.3.2019, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/50


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – AF vs FRA

    (Kawża T-31/19)

    (2019/C 103/65)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: AF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-9 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ membri tal-persunal temporanju eliġibbli proposti għall-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2017, li fiha ma huwiex inkluż isem ir-rikorrent;

    jekk ikun meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-FRA li r-rikorrent irċieva fil-5 ta’ Ottubru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq kontra l-imsemmija deċiżjoni tal-FRA;

    tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Kondizzjonijiet tal-impjieg) kif ukoll tal-Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-FRA Nru 2016/01 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.


    Top