This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0013
Case C-13/19: Request for a preliminary ruling from the Audiencia Provincial de Zaragoza (Spain) lodged on 9 January 2019 — Ibercaja Banco, S.A. v TJ and UK
Kawża C-13/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-9 ta’ Jannar 2019 — Ibercaja Banco, S.A. vs TJ u UK
Kawża C-13/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-9 ta’ Jannar 2019 — Ibercaja Banco, S.A. vs TJ u UK
ĠU C 148, 29.4.2019, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-9 ta’ Jannar 2019 — Ibercaja Banco, S.A. vs TJ u UK
(Kawża C-13/19)
(2019/C 148/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ibercaja Banco, S.A.
Konvenuti: TJ u UK
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 (1), l-emenda tal-klawżola ta’ rata minima fil-forma stabbilita fil-ftehim, hekk kif inhu indikat fil-fatti li wasslu għall-kawża, tista’ tiġi kklassifikata bħala kundizzjoni ġenerali tal-kuntratt? |
2) |
Fl-istess ċirkustanzi, ir-rununzja mill-preżentata ta’ rikors kontra l-bank tista’ tiġi kklassifikata bħala kundizzjoni ġenerali tal-kuntratt, jiġifieri, kundizzjoni kuntrattwali redatta mill-bejjiegħ jew fornitur offerenti li tkun ta’ natura ġenerali, u li l-kontenut tagħha ma jipprovdi ebda spjegazzjoni lill-konsumatur aderenti, tista’ tiġi kklassifikata bħala kundizzjoni ġenerali tal-kuntratt? |
3) |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta l-konsegwenzi tal-imsemmija kundizzjoni ġenerali jkollhom importanza rilevanti għall-konsumatur, ikunu ġew issodisfatti l-obbligi ta’ ċarezza, ta’ trasparenza, ta’ komprensibbiltà reali tal-oneru ekonomiku, ta’ informazzjoni prekuntrattwali u ta’ nnegozzjar individwali hekk kif inhu rikjest mill-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13? |
4) |
L-obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali għad-determinazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali (Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva) għandu jkun ugwali jew saħansitra ogħla meta jkun hemm ftehim dwar il-moderazzjoni ta’ kundizzjoni li probabbilment tkun nulla (konsegwenzi ekonomiċi konkreti tal-moderazzjoni, riferiment għall-ġurisprudenza relatata mal-effett u l-effetti konkreti tagħha, etc.). |
5) |
Il-kopja bil-miktub redatta mill-konsumatur li ttenni mill-ġdid il-moderazzjoni tal-klawżola potenzjalment nulla hija suffiċjenti biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali u ta’ ċarezza rikjesti mill-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva, biex tiġi mmoderata klawżola li probabbilment tkun nulla? |
6) |
Il-fatt li l-inzjattiva ta’ moderazzjoni jew ta’ tranżazzjoni ssir mill-entità bankarja kif ukoll il-projbizzjoni li jinħareġ id-dokument mill-binja tal-bank, sakemm il-konsumatur ma jkunx iffirma f’dan is-sens, għandhom rilevanza speċjali fl-evalwazzjoni tan-natura tan-natura possibbilment inġusta tal-klawżola ta’ moderazzjoni (Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva)? |
7) |
Klawżola li probabbilment tkun nulla peress li tkun ta’ natura inġusta tista’ tkun suġġetta għal moderazzjoni (prinċipju tal-assenza ta’ natura vinkolanti)? |
8) |
Il-konsumatur jista’ jirrinunzja milli jippreżenta azzjoni fil-preżenza ta’ klawżola li probabbilment tkun nulla peress li tkun ta’ natura inġusta (Artikolu 3 tad-Direttiva b’rabta mal-punt 1(q) tal-Anness tad-Direttiva 93/13 u mal-prinċipju tal-assenza ta’ natura vinkolanti msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva)? |
9) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali għandu jkun ugwali jew ogħla minn dak applikabbli fil-mument tal-ftehim inizjali? |
10) |
Fid-dawl tal-obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali (Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva) il-klawżola ta’ rinunzja għall-preżentata ta’ azzjonijiet tista’ titqies li hija dokument sekondarju u aċċessorju (Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva)? |
11) |
Il-validità tal-moderazzjoni ta’ klawżoli li probabbilment huma nulli u r-rinunzja għall-azzjoni li titlob id-dikjarazzjoni ta’ nullità u l-ineffettività tagħhom għandhom jitqiesu li huma kuntrarji għall-effett dissważiv fir-rigward tal-bejjiegħ jew fornitur offerenti (Artikolu 7 tad-Direttiva u s-sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016 Gutiérrez Naranjo et (2))? |
12) |
Klawżola kuntrattwali li probabbilment hija nulla minħabba li hija inġusta skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13, tista’ torbot lill-konsumatur ikkonċernat bl-imsemmija klawżola permezz tal-proċedura fejn l-entità tiftiehem mal-klijent, wara l-konklużjoni tal-kuntratt li jinkludi l-imsemmija klawżola, li l-bejjiegħ jew fornitur ma japplikax il-klawżola inġusta inkambju għal provvista oħra mill-konsumatur? Permezz ta’ dan, tkun qiegħda tingħata effettività lill-klawżola nulla permezz tal-ftehim mal-konsumatur sabiex din tiġi ssostitwita b’oħra iktar favorevoli għalih. Ftehim ta’ dan it-tip jista’ jkun kuntrarju għall-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13? |
13) |
Fil-każ ta’ aġir mill-entità bankarja li jkun skont dak deskritt fid-deskrizzjoni tal-fatti, dan ikun jaqa’ taħt il-projbizzjoni ta’ aġir żleali u ta’ prattika kummerċjali żleali fir-rigward tal-konsumaturi prevista fl-erbatax-il premessa u fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29 (3)? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(2) Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Gutiérrez Naranjo et (C-154/15, C-307/15 u C-308/15, EU:C:2016:980).
(3) Direttiva 2005/29/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22, u r-Rettifika ĠU, L 114, p. 86).