Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0775

    Kawża C-775/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – 5th AVENUE Products Trading GmbH vs Hauptzollamt Singen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 29(1) u (3)(a) – Artikolu 32(1)(ċ) u (5)(b) – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 157(2) – Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali – Valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata – Kunċett ta’ “kundizzjoni tal-bejgħ” – Ħlas inkambju għall-għoti ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva)

    ĠU C 28, 25.1.2021, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 28/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – 5th AVENUE Products Trading GmbH vs Hauptzollamt Singen

    (Kawża C-775/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 29(1) u (3)(a) - Artikolu 32(1)(ċ) u (5)(b) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 157(2) - Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata - Kunċett ta’ “kundizzjoni tal-bejgħ” - Ħlas inkambju għall-għoti ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva)

    (2021/C 28/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: 5th AVENUE Products Trading GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Singen

    Dispożittiv

    L-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li ħlas imwettaq matul perijodu limitat mix-xerrej ta’ merkanzija importata lill-bejjiegħ tagħha bħala korrispettiv għall-għoti, minn dan tal-aħħar, ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva ta’ din il-merkanzija f’territorju partikolari, u kkalkolat fuq id-dħul mill-bejgħ iġġenerat f’dan it-territorju, għandu jiġi integrat fil-valur għal skopijiet doganali tal-imsemmija merkanzija.


    (1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


    Top