Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0762

    Kawża C-762/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija – il-Latvja) – “CV-Online Latvia” SIA vs “Melons” SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ġuridika tad-databases – Direttiva 96/9/KE – Artikolu 7 – Dritt “sui generis” tal-produtturi ta’ databases – Projbizzjoni għat-terzi kollha li ssir “estrazzjoni” jew “użu mill-ġdid”, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-produttur, tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tad-database – Database aċċessibbli liberament fuq l-internet – Metamutur ta’ tfittxija speċjalizzat fit-tfittxija ta’ avviżi ta’ impjieg – Estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ database – Preġudizzju għall-investiment sostanzjali fil-kisba, fil-verifika jew fil-preżentazzjoni tal-kontenut ta’ database)

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija – il-Latvja) – “CV-Online Latvia” SIA vs “Melons” SIA

    (Kawża C-762/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ġuridika tad-databases - Direttiva 96/9/KE - Artikolu 7 - Dritt “sui generis” tal-produtturi ta’ databases - Projbizzjoni għat-terzi kollha li ssir “estrazzjoni” jew “użu mill-ġdid”, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-produttur, tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tad-database - Database aċċessibbli liberament fuq l-internet - Metamutur ta’ tfittxija speċjalizzat fit-tfittxija ta’ avviżi ta’ impjieg - Estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ database - Preġudizzju għall-investiment sostanzjali fil-kisba, fil-verifika jew fil-preżentazzjoni tal-kontenut ta’ database)

    (2021/C 289/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“CV-Online Latvia” SIA

    Konvenut:“Melons” SIA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandu jiġi interpretat fis-sens li mutur ta’ tfittxija fuq l-internet speċjalizzat fit-tfittxija tal-kontenut ta’ databases, li jikkopja u jindiċja t-totalità jew parti sostanzjali ta’ database aċċessibbli liberament fuq l-internet, u li sussegwentement jippermetti lill-utenti tiegħu jagħmlu tfittxijiet f’din id-database fuq is-sit internet tagħha stess skont kriterji rilevanti mill-aspett tal-kontenut tagħha jwettaq “estrazzjoni” u “użu mill-ġdid” ta’ dan il-kontenut, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li jistgħu jiġu pprojbiti mill-produttur ta’ tali database bil-kundizzjoni li dawn l-atti jippreġudikaw l-investiment tiegħu fil-kisba, fil-verifika u fil-preżentazzjoni ta’ dan il-kontenut, jiġifieri jikkostitwixxu riskju għall-possibbiltajiet li persuna tagħmel tajjeb għall-investiment magħmul permezz tal-użu normali tad-database inkwistjoni, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


    Top