Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0176

    Kawża C-176/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Appell – Kompetizzjoni – Prodotti farmaċewtiċi – Suq tal-perindopril – Artikolu 101 TFUE – Akkordji – Qsim tas-suq – Kompetizzjoni potenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Strateġija intiża li ddewwem id-dħul fis-suq ta’ verżjonijiet ġeneriċi tal-perindopril – Ftehim ta’ soluzzjoni bonarja ta’ tilwima fil-qasam tal-privattivi – Ftehim ta’ liċenzja ta’ privattiva – Ftehim ta’ trasferiment u ta’ liċenzja ta’ teknoloġija – Artikolu 102 TFUE – Suq rilevanti – Abbuż minn pożizzjoni dominanti)

    ĠU C, C/2024/4825, 12.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4825/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4825/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4825

    12.8.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA)

    (Kawża C-176/19 P)  (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Prodotti farmaċewtiċi - Suq tal-perindopril - Artikolu 101 TFUE - Akkordji - Qsim tas-suq - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Strateġija intiża li ddewwem id-dħul fis-suq ta’ verżjonijiet ġeneriċi tal-perindopril - Ftehim ta’ soluzzjoni bonarja ta’ tilwima fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ liċenzja ta’ privattiva - Ftehim ta’ trasferiment u ta’ liċenzja ta’ teknoloġija - Artikolu 102 TFUE - Suq rilevanti - Abbuż minn pożizzjoni dominanti)

    (C/2024/4825)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castilla Contreras, B. Mongin, J. Norris u C. Vollrath, sussegwentement minn F. Castilla Contreras, F. Castillo de la Torre, B. Mongin, J. Norris u C. Vollrath, u finalment minn F. Castilla Contreras, F. Castillo de la Torre, J. Norris u C. Vollrath, bħala aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier (rappreżentanti: O. de Juvigny, J. Jourdan, T. Reymond, A. Robert, avukati, J. Killick, advocaat, u M. I. F. Utges Manley, solicitor), European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (rappreżentanti: F. Carlin, avocate, u N. Niejahr, Rechtsanwältin)

    Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn D. Guðmundsdóttir, bħala aġent, assistita minn J. Holmes, KC, sussegwentement minn L. Baxter, D. Guðmundsdóttir, F. Shibli u J Simpson, bħala aġenti, assistiti minn J. Holmes, KC, u P. Woolfe, barrister, u finalment minn S. Fuller, bħala aġent, assistit minn J. Holmes, KC, u P. Woolfe, barrister)

    Dispożittiv

    1)

    Il-punti 1 sa 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2018, Servier et vs Il-Kummissjoni (T-691/14, EU:T:2018:922), huma annullati.

    2)

    Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata deċiżjoni fuq it-tieni parti tad-disa’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-ftehim ta’ trasferiment u ta’ liċenzja konkluż fil-5 ta’ Jannar 2007 bejn Les Laboratoires Servier u KRKA, tovarna zdravil, d.d., bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, fuq l-erbatax sas-sbatax-il motiv fl-ewwel istanza li jirrigwardaw il-ksur tal-Artikolu 102 TFUE previst fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 final tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 102 [TFUE] [Każ AT/39612 – Perindopril (Servier)], kif ukoll fuq il-motivi fl-ewwel istanza invokati sussidjarjament, sa fejn dawn jirrigwardaw il-kalkolu tal-multa imposta fir-rigward ta’ dan il-ksur.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)   ĠU C 139, 15.4.2019.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4825/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top