Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0362

    Kawża T-362/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2018 – Robert vs Conseil national de l’ordre des pharmaciens (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/36


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2018 – Robert vs Conseil national de l’ordre des pharmaciens

    (Kawża T-362/18 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2018/C 399/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alain Robert (Le Mans, Franza) (rappreżentant: J.-M. Viala, avukat)

    Konvenut: Conseil national de l’ordre des pharmaciens

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Conseil national de l’ordre des pharmaciens français tat-3 ta’ Ottubru 2017, ivvalidata mill-Conseil d’État français b’sentenza tas-7 ta’ Frar 2018, li timponi projbizzjoni kontra r-rikorrent milli jeżerċita l-farmaċija għal sena.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

    2)

    Alain Robert għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    Top