This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0038
Case C-38/18: Request for a preliminary ruling from the Tribunale di Bari (Italy) lodged on 19 January 2018 — Criminal proceedings against Massimo Gambino and Shpetim Hyka
Kawża C-38/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2018 – proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino u Shpetim Hyka
Kawża C-38/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2018 – proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino u Shpetim Hyka
ĠU C 142, 23.4.2018, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2018 – proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino u Shpetim Hyka
(Kawża C-38/18)
(2018/C 142/34)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bari
Akkużati
Massimo Gambino, Shpetim Hyka
Domanda preliminari
L-Artikoli 16, 18 u 20(b) tad-Direttiva 2012/29/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-vittma jkollha terġa’ tixhed f’seduta quddiem qorti b’kompożizzjoni ġdida meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta, skont l-Artikoli 511(2) u 525(2) tal-codice di procedura penale (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali) (kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita f’dan il-qasam), li tagħti l-kunsens tagħha sabiex jinqara l-proċess verbal tal-istqarrijiet li saru qabel mill-istess vittma fl-osservanza tal-kontradittorju quddiem qorti b’kompożizzjoni differenti fl-istess proċeduri?
(1) Direttiva 2012/29/UE tal-Partlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU 2012, L 315, p. 57).