Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0646

    Kawża C-646/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona — Spanja) — OD vs Ryanair DAC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens għal titjira mdewma — Artikolu 26 — Estensjoni taċita — Ħtieġa għall-konvenut li jidher għas-seduta)

    ĠU C 280, 19.8.2019, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 280/12


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona — Spanja) — OD vs Ryanair DAC

    (Kawża C-646/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens għal titjira mdewma - Artikolu 26 - Estensjoni taċita - Ħtieġa għall-konvenut li jidher għas-seduta)

    (2019/C 280/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: OD

    Konvenuta: Ryanair DAC

    Dispożittiv

    L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax f’każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-konvenut ma ppreżentax osservazzjonijiet jew ma deherx għas-seduta.


    (1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


    Top