Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62017TB0506

    Kawża T-506/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Makhlouf vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s – Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid – dritt”)

    ĠU C 436, 3.12.2018, s. 51 – 51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 436/51


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    (Kawża T-506/17) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s – Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid – dritt”))

    (2018/C 436/72)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), kif ukoll tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Rami Makhlouf huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 347,16.10.2017.


    Začiatok