Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0639

    Kawża C-639/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – SIA “KPMG Baltics”, likvidējamās AS “Latvijas Krājbanka” administratore

    ĠU C 52, 12.2.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – SIA “KPMG Baltics”, likvidējamās AS “Latvijas Krājbanka” administratore

    (Kawża C-639/17)

    (2018/C 052/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SIA “KPMG Baltics”, likvidējamās AS “Latvijas Krājbanka” administratore

    Konvenuti: SIA “Ķipars AI”

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ “ordni ta’ trasferiment” fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, fil-verżjoni tagħha emendata bid-Direttiva 2009/44/KE (2), jinkludi ordni ta’ ħlas mogħtija minn persuna li qed tiddepożita lil istituzzjoni ta’ kreditu għat-trasferiment ta’ fondi lil istituzzjoni oħra ta’ kreditu?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, emendata bid-Direttiva 2009/44/KE, li jipprovdi li “[l]-ordnijiet ta’ trasferiment u t-totalizzar (netting) għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi, anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant, ladarba l-ordnijiet ta’ trasferiment ikunu ddaħħlu fis-sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti ta’ falliment kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant (fis-sistema kkonċernata jew f’sistema interoperabbli) jew kontra l-operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li mhuwiex parteċipant”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ordni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li “ddaħlet fis-sistema” u għandha tiġi eżegwita?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107.

    (2)  ĠU 2009, L 146, p. 37.


    Top