Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0398

    Kawża C-398/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2017 – Profit Europe NV vs Belgische Staat

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2017 – Profit Europe NV vs Belgische Staat

    (Kawża C-398/17)

    (2017/C 300/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Profit Europe NV

    Konvenut: Belgische Staat

    Domandi preliminari

    1)

    Is-subintestatura 7307 19 10 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi l-aċċessorji ta’ ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karattersitiċi oġġettivi tagħhom jirriżulta li huma sostanzjalment differenti mill-ħadid fondut malleabbli, peress li l-malleabbiltà tal-ħadid fondut graffit sferiku ma tirriżultax minn trattament termiku adegwat u li dan il-ħadid fondut jinkludi forma oħra ta’ graffit minbarra l-ħadid fondut malleabbli, jiġifieri l-graffit sferiku minflok il-graffit nodulari?

    2)

    Is-subintestatura 7307 11 00 għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi aċċessorji tal-ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karattersitiċi oġġettivi tal-ħadid fondut graffit sferiku jirriżulta li dan essenzjalment jikkorrispondi għall-karattersitiċi oġġettivi tal-ħadid fondut mhux malleabbli?

    3)

    Għandhom jiġu mwarrba n-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM marbuta mas-subintestatura 7307 19 10, li jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jkopri il-ħadid fondut graffit sferiku sa fejn dawn jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jinkludi l-ħadid fondut graffit sferiku ġaladarba huwa stabbilit li l-ħadid fondut graffit sferiku ma huwiex ħadid fondut malleabbli?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


    Top