Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0492

    Kawża C-492/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Tübingen – il-Ġermanja) – Südwestrundfunk vs Tilo Rittinger, Patric Wolter, Harald Zastera, Dagmar Fahner, Layla Sofan, Marc Schulte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mogħtija mill-Istati — Artikolu 107(1) TFUE — Artikolu 108(3) TFUE — Organi tax-xandir pubbliku — Finanzjament — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-adulti kollha li għandhom akkomodazzjoni fit-territorju nazzjonali jħallsu kontribuzzjoni lill-impriżi tax-xandir pubbliku)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Tübingen – il-Ġermanja) – Südwestrundfunk vs Tilo Rittinger, Patric Wolter, Harald Zastera, Dagmar Fahner, Layla Sofan, Marc Schulte

    (Kawża C-492/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mogħtija mill-Istati - Artikolu 107(1) TFUE - Artikolu 108(3) TFUE - Organi tax-xandir pubbliku - Finanzjament - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-adulti kollha li għandhom akkomodazzjoni fit-territorju nazzjonali jħallsu kontribuzzjoni lill-impriżi tax-xandir pubbliku))

    (2019/C 65/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Tübingen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Südwestrundfunk

    Konvenuti: Tilo Rittinger, Patric Wolter, Harald Zastera, Dagmar Fahner, Layla Sofan, Marc Schulte

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(ċ) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE], għandu jiġi interpretat fis-sens li modifika tal-iskema ta’ finanzjament tax-xandir pubbliku ta’ Stat Membru li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkonsisti fis-sostituzzjoni ta’ taxxa awdjoviżiva dovuta abbażi tal-pussess ta’ apparat ta’ reċezzjoni awdjoviżiva, b’kontribuzzjoni awdjoviżiva dovuta b’mod partikolari abbażi tal-okkupazzjoni ta’ akkomodazzjoni jew ta’ stabbiliment professjonali, ma tikkostitwixxix modifika ta’ għajnuna eżistenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE.

    2)

    L-Artikoli 107 u 108 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lix-xandar pubbliku setgħat derogatorji tad-dritt komuni li jippermettulu li jwettaq huwa stess l-eżekuzzjoni forzata ta’ debiti mhux imħallsa abbażi tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva.


    (1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


    Top