Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0656

    Kawża T-656/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – PM vs ECHA

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/58


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – PM vs ECHA

    (Kawża T-656/16)

    (2016/C 402/69)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: PM (rappreżentant: C. Zambrano Almero, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors kontra d-Deċiżjoni SME (2016) 3198 u, għaldaqstant, tannulla din id-deċiżjoni minħabba li PM hija impriża żgħira u medja u, għaldaqstant, it-tariffi li hija ħallset huma konformi mal-leġiżlazzjoni u, konsegwentement, taċċetta r-reġistrazzjoni mitluba.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq id-definizzjoni ta’ impriżi żgħar u medji, li tinsab fl-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti, flimkien mal-grupp ta’ impriżi li tappretejni għalih, tafferma li tosserva l-kriterji stabbiliti f’dan l-artikolu.


    Top