Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0217

    Kawża T-217/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Internacional de Productos Metálicos vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fiċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja — Leġiżlazzjoni li jħassar id-dazji antidumping definittivi — Nuqqas ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 78, 13.3.2017, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/32


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Internacional de Productos Metálicos vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-217/16) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fiċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja - Leġiżlazzjoni li jħassar id-dazji antidumping definittivi - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta”))

    (2017/C 078/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Internacional de Productos Metálicos, SA (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentanti: C. Cañizares Pacheco, E. Tejedor de la Fuente u A. Monreal Lasheras, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u G. Luengo, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 52, p. 24).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Internacional de Productos Metálicos, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


    Top