Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0137

    Kawża T-137/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Uniwersytet Wrocławski vs REA (“Rikors għal annullament — Rikors promotur — Rekwiżiti formali — Nuqqas ta’ rappreżentanza minn avukat — Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 269, 14.8.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/16


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Uniwersytet Wrocławski vs REA

    (Kawża T-137/16) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Rikors promotur - Rekwiżiti formali - Nuqqas ta’ rappreżentanza minn avukat - Inammissibbiltà manifesta”))

    (2017/C 269/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Uniwersytet Wrocławski (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentanti: D. Dubis, avocat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre u G. Materna, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tar-REA, li aġixxiet b’delega tal-Kummissjoni Ewropea, li jiġi xolt il-ftehim ta’ sussidju Cossar (Nru 252908) u li r-rikorrenti tiġi obbligata tirrimborsa l-ammonti ta’ EUR 36 508,37, ta’ EUR 58 031,38 u ta’ EUR 6 286,68 kif ukoll tħallas danni li jammontaw għal EUR 5 803,14 u, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ħlas lura mir-REA tas-somom korrispondenti bl-interessi kkalkolati mid-data tal-ħlas sad-data tal-ħlas lura.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors fil-Kawża T-137/16 huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    L-Uniwersytet Wrocławski għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).


    (1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


    Top