This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0572
Case T-572/16: Judgment of the General Court of 13 October 2017 — Brouillard v Commission (Civil service — Recruitment — Competition notice — Open Competition EPSO/AD/306/15 — French-language lawyer-linguists at the Court of Justice of the European Union — Online application — Pre-selection based on qualifications — Qualifications required — Level of education corresponding to full legal education completed in a Belgian, French, or Luxembourg higher-education institution — ‘Master 2’ diploma (master’s degree) in law, economics and management, private law, lawyer-linguist specialism — Issued following ‘accreditation of skills gained through experience’ — Non-admission to the tests in a competition — Action for annulment — Content of the application — Inadmissibility — Professional competence — Full legal education requirement — Recognition of qualifications)
Kawża T-572/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2017 – Brouillard vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/306/15 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Kandidatura online — Preselezzjoni bbażata fuq kwalifiki — Diplomi mitluba — Livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal formazzjoni ġuridika kompleta mwettqa fi stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla Belġjan, Franċiż jew Lussemburgiż — Diploma ta’ ‘master 2’ fil-liġi, fl-ekonomija, fl-immaniġġjar, f’qasam tad-dritt privat, fi speċjalizzazzjoni bħala ġurista lingwista — Ħruġ wara ‘validazzjoni tal-kisba tal-esperjenza’ — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni — Rikors għal annullament — Kontenut tat-talba — Inammissibbiltà — Kompetenza professjonali — Rekwiżit ta’ formazzjoni ġuridika kompleta — Rikonoxximent ta’ diplomi”)

ĠU C 402, 27.11.2017, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2017 – Brouillard vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-572/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/306/15 - Ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Kandidatura online - Preselezzjoni bbażata fuq kwalifiki - Diplomi mitluba - Livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal formazzjoni ġuridika kompleta mwettqa fi stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla Belġjan, Franċiż jew Lussemburgiż - Diploma ta’ ‘master 2’ fil-liġi, fl-ekonomija, fl-immaniġġjar, f’qasam tad-dritt privat, fi speċjalizzazzjoni bħala ġurista lingwista - Ħruġ wara ‘validazzjoni tal-kisba tal-esperjenza’ - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni - Rikors għal annullament - Kontenut tat-talba - Inammissibbiltà - Kompetenza professjonali - Rekwiżit ta’ formazzjoni ġuridika kompleta - Rikonoxximent ta’ diplomi”))
(2017/C 402/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Vande Casteele, sussegwentement H. Brouillard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), ikkomunikata lir-rikorrent permezz ta’ posta elettronika tal-24 ta’ Settembru 2015, li huwa ma jiġix ammess għall-fażi sussegwenti tal-“kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/306/15” ibbażata fuq kwalifiki u eżamijiet”, organizzata sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ, b’mod partikolari, ta’ “[ġ]uristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Franċiża (FR)” tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet ta’ selezzjoni u ta’ ħatra, meħuda fil-kuntest ta’ din il-kompetizzjoni.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), ikkomunikata lil Alain Laurent Brouillard permezz ta’ posta elettronika tal-24 ta’ Settembru 2015, li huwa ma jiġix ammess għall-fażi sussegwenti tal-“kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/306/15” ibbażata fuq kwalifiki u eżamijiet”, organizzata sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ, b’mod partikolari, ta’ “[ġ]uristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Franċiża (FR)” tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
A. L. Brouillard u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-kawża li tat lok għad-digriet tal-20 ta’ Jannar 2016, Brouillard vs Il-Kummissjoni (F-148/15 R). |
(1) ĠU C 59, 15.2.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-148/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).