Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0508

    Kawża T-508/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema tal-bonuses — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dmir ta’ premura — Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI — Ugwaljanza fit-trattament”)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/45


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI

    (Kawża T-508/16) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema tal-bonuses - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dmir ta’ premura - Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI - Ugwaljanza fit-trattament”))

    (2017/C 277/67)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-450 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti ta’ bonus ta’ April 2013, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-14 ta’ Diċembru 2010 u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-9 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ Ġunju u tas-16 ta’ Novembru 2011 u tal-20 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-BEI sabiex tħallas lir-rikorrenti somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa b’applikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti b’applikazzjoni tas-sistema preċedenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, tas-sistema l-ġdida korrettament implementata kif ukoll kumpens għad-danni materjali, minħabba t-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist tagħhom, u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Jean-Pierre Bodson u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 274, 21.9.2013 (kawża inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-61/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top