Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0077

    Kawża T-77/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services — Servizzi ajruportwali — Servizzi ta’ marketing — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju ta’ de investitur privat — Irkupru — Selettività”)

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-77/16) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi ajruportwali - Servizzi ta’ marketing - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju ta’ de investitur privat - Irkupru - Selettività”))

    (2019/C 82/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

    Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment minn D. Pelše, J. Treijs-Gigulis u I. Kalniņš, sussegwentement minn I. Kucina, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u S. Petrova, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68).

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, kif ukoll l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni sa fejn jikkonċernaw lil Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma annullati.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk l-ispejjeż sostnuti minn Ryanair u Airport Marketing Services.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

    4)

    Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


    Top