Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0019

    Kawża F-19/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – ZZ vs BEI

    ĠU C 243, 4.7.2016, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/52


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2016 – ZZ vs BEI

    (Kawża F-19/16)

    (2016/C 243/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Senes u L. Payot, avukati)

    Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Rimbors lir-rikorrenti, flimkien mal-interessi, għall-allegat telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha jew, alternattivament, stabbiliment mill-ġdid, flimkien mal-interessi, tad-drittijiet għall-pensjoni allegatament mitlufa minnha mis-sistema nazzjonali, meta dawk id-drittijiet ġew ittrasferiti fl-iskema tal-pensjoni tal-konvenut.

    Talbiet

    jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jirrimborsa d-dannu soffert mir-rikorrenti minħabba t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha fl-ammont ta’ EUR 55 641,17, flimkien mal-interessi akkumulati bir-rata applikabbli kkalkolata retroattivament, daqs li kieku t-trasferiment oriġinali sar għall-ammont sħiħ tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha eżistenti mal-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale, meta saret it-talba għal trasferiment oriġinali;

    alternattivament, jikkundanna lill-BEI biex jirritorna immedjatament lil ZZ EUR 55 641,17 fil-forma ta’ xhur ta’ pensjoni, flimkien mal-interessi akkumulati bir-rata applikabbli kkalkolata retroattivament daqs li kieku t-trasferiment oriġinali sar għall-ammont sħiħ tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha eżistenti mal-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale. F’dan il-każ, huwa ssuġġerit li l-kalkoli għandhom isiru skont l-Artikolu 71.1.1. tar-Regolamenti dwar l-Iskema tal-Irtirar tal-Persunal tal-BEI;

    jikkundanna lill-BEI iħallas kull kumpens ulterjuri li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li huwa ġust;

    jikkundanna lill-BEI biex ibati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, li huma stmati għal EUR 3 000.


    Top