Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0560

    Kawża C-560/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Michael Dědouch et vs Jihočeská plynárenská, a.s., E.ON Czech Holding AG

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Michael Dědouch et vs Jihočeská plynárenská, a.s., E.ON Czech Holding AG

    (Kawża C-560/16)

    (2017/C 022/17)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Michael Dědouch, Petr Streitberg, Pavel Suda

    Konvenuti: Jihočeská plynárenská, a.s., E.ON Czech Holding AG

    Domandi preliminari

    1.

    Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell I”) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali huwa obbligat iħallas, inkambju għal titoli ta’ sehem, lid-detenturi preċedenti tal-imsemmija titoli, li ġew ittrasferiti lilu bħala riżultat ta’ riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, dwar it-trasferiment obbligatorju tat-titoli l-oħra ta’ sehem lill-azzjonist prinċipali (proċedura msejħa ta’ “tneħħija”), meta r-riżoluzzjoni hekk adottata tiffissa l-ammont tal-korrispettiv raġonevoli u meta jkun hemm deċiżjoni ġudizzjarja li tagħti d-dritt għal ammont ta’ korrispettiv differenti, ta’ natura vinkolanti għall-azzjonist prinċipali u għall-kumpannija, fir-rigward tal-bażi tad-dritt mogħti, kif ukoll fir-rigward tad-detenturi l-oħra ta’ titoli ta’ sehem?

    2.

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Brussell I għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv deskritt fl-ewwel domanda?

    3.

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel żewġ domandi, il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv deskritt fl-ewwel domanda?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


    Top