Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0102

    Kawża C-102/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2016 – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat

    ĠU C 165, 10.5.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2016 – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat

    (Kawża C-102/16)

    (2016/C 165/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vaditrans BVBA

    Konvenut: Belgische Staat

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) tal-istess regolament ma jistgħux jittieħdu fil-vettura?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament Nru 561/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 19 tal-istess regolament, jikser il-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali kif stabbilit fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) sa fejn id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tar-Regolament Nru 561/2006 ma jipprevedux espliċitament il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) ta’ dan l-istess regolament jittieħdu fil-vettura?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 561/2006 jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 8(6) ta’ dan l-istess regolament jittieħdu fil-vettura?


    (1)  ĠU 2006, L 102, p. 1

    (2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


    Top