Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62016CA0392

    Kawża C-392/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Marcu Dumitru vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 199(1)(ċ) — Nuqqas ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT — Awtolikwidazzjoni — Natura ipotetika tad-domanda preliminari — Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

    ĠU C 283, 28.8.2017, s. 10 – 11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Marcu Dumitru vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

    (Kawża C-392/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 199(1)(ċ) - Nuqqas ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT - Awtolikwidazzjoni - Natura ipotetika tad-domanda preliminari - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari))

    (2017/C 283/14)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Bucureşti

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Marcu Dumitru

    Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (qorti tal-appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija), hija inammissibbli.


    (1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


    Začiatok