Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0614

    Kawża T-614/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2015 – Azur Space Solar Power vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ linja sewda)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/64


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2015 – Azur Space Solar Power vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ linja sewda)

    (Kawża T-614/15)

    (2016/C 038/86)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Azur Space Solar Power GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Nicodemus, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ linja sewda – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 201 652

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 3233/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top