Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0131

    Kawża F-131/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/45


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-131/15)

    (2015/C 414/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martina, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix ikklassifikat mill-ġdid fil-grad AD13 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013.

    Talbiet

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li r-rikorrent ma jiġix ikklassifikat mill-ġdid fil-grad AD13 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top