Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0013

    Kawża C-13/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza – proċeduri kriminali kontra CdiscountSA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2005/29/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Prattiki kummerċjali żleali — Tnaqqis fil-prezzijiet — Immarkar jew espożizzjoni tal-prezz ta’ referenza)

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza – proċeduri kriminali kontra CdiscountSA

    (Kawża C-13/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2005/29/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Prattiki kummerċjali żleali - Tnaqqis fil-prezzijiet - Immarkar jew espożizzjoni tal-prezz ta’ referenza))

    (2015/C 398/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Cdiscount SA

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu projbizzjoni ġenerali, mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta’ kull każ individwali li jippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali, tal-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet għandhom għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


    Top