Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0430

    Kawża C-430/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Secretary of State for Work and Pensions vs Tolley (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Element tad-dipendenza tal-allowance tas-sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (disability living allowance) — Persuna assigurata kontra r-riskju tax-xjuħija li tkun waqfet definittivament kull attività professjonali — Kunċetti ta’ “benefiċċju tal-mard” u ta’ “benefiċċju tal-invalidità” — Esportabbiltà)

    ĠU C 104, 3.4.2017, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Secretary of State for Work and Pensions vs Tolley

    (Kawża C-430/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Element tad-dipendenza tal-allowance tas-sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (disability living allowance) - Persuna assigurata kontra r-riskju tax-xjuħija li tkun waqfet definittivament kull attività professjonali - Kunċetti ta’ “benefiċċju tal-mard” u ta’ “benefiċċju tal-invalidità” - Esportabbiltà))

    (2017/C 104/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court of the United Kingdom

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Secretary of State for Work and Pensions

    Konvenuta: Tolley

    Dispożittiv

    1)

    Benefiċċju bħall-element tad-dipendenza tal-allowance tas-sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (disability living allowance) jikkostitwixxi benefiċċju tal-mard fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999 tat-8 ta’ Frar 1999.

    2)

    L-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 307/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li persuna kisbet drittijiet għal pensjoni tax-xjuħija permezz tal-kontribuzzjonijiet imħallsa matul perijodu partikolari lill-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ma jipprekludix li l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membri tista’ sussegwentement tieqaf milli tkun applikabbli għal din il-persuna. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, fir-rigward taċ-ċirkustanzi tat-tilwima mressqa quddiemha u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli, f’liema mument din il-leġiżlazzjoni waqfet milli tkun applikabbli għal din il-persuna.

    3)

    L-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 307/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti tissuġġetta l-benefiċċju ta’ allowance bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għal kundizzjoni ta’ residenza u ta’ preżenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

    4)

    L-Artikolu 22(1)(b) u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 307/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li ssib ruħha f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali żżomm id-dritt li tirċievi l-benefiċċji intiżi f’din l-ewwel dispożizzjoni wara li tkun ittrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat kompetenti, bil-kundizzjoni li hija tkun kisbet awtorizzazzjoni għal dan il-għan.


    (1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


    Top