This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0765
Case T-765/14: Action brought on 14 November 2014 — Legakis and Others v Council
Kawża T-765/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2014 – Legakis et vs Il-Kunsill
Kawża T-765/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2014 – Legakis et vs Il-Kunsill
ĠU C 34, 2.2.2015, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/40 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Legakis et vs Il-Kunsill
(Kawża T-765/14)
(2015/C 034/48)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Georgios Legakis, Myrto Panagiota Legaki, Maria Legaki u Melina Legaki (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkundanna lill-konvenut li jħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 1 9 91 194,40, bħal kumpens għad-dannu kkawżat lilhom permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut, kif ukoll l-interessi li jibdew jiddekorru mid-data tad-deprivazzjoni illeġittima tad-depożiti tagħhom (29/03/2013) sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, kif ukoll l-interessi moratorji mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ; |
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti 95 % tal-ammont imsemmi iktar 'il fuq, jiġifieri l-ammont ta’ EUR 1 8 91 634,68 bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilhom permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut kif ukoll l-interessi li jibdew jiddekorru mid-data tal-deprivazzjoni illeġittima tad-depożiti tagħhom (29/03/2013) sal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, kif ukoll l-interessi moratorji mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakem isir il-ħlas sħiħ. |
— |
iktar sussidjarjament, tistabbilixxi s-somma li l-konvenut għandu jħallas lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilhom mill-atti illegali mwettqa mill-konvenut; |
— |
tikkundanna lill-konvenut li jħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 20 000 kull wieħed u waħda minnhom (jiġifieri, ammont komplessiv ta’ EUR 80 000), bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lilhom milll-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 20 000 għal kull wieħed u waħda minnhom (jiġifieri, ammont kumplessiv ta’ EUR 80 000), bħala kumpens għal dannu morali kkawżat lilhom mill-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ din l-azzjoni, skont l-Artikolu 340(2) TFUE, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 268 TFEU, tordna kumpens fir-rigward tad-danni li sofrew miħabba l-aġir illegali tal-konvenut.
Ir-rikorrenti jsostnu li d-danni ġew ikkawżati meta l-konvenut, billi aġixxa ultra vires u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dritt sekondarju tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, impona u, sussegwentement, ikkawża t-tnaqqis tad-depożiti bankarji tar-rikorrenti f’Cyprus Popular Bank Public Co Ltd. (Laiki Τrapeza) u, fi kwalunkwe każ, ikkontribwixxa għal dan it-tnaqqis.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut wettaq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni segwenti:
— |
l-ewwel nett, ksur tad-dritt tal-proprjetà; |
— |
it-tieni nett, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament, u |
— |
it-tielet nett, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali. |
ir-rikorrent isostni li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet sabiex il-konvenut iħallashom kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiegħu, huma sodisfatti.