This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0340
Case T-340/14: Action brought on 15 May 2014 — Klyuyev v Council
Kawża T-340/14: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill
Kawża T-340/14: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill
ĠU C 261, 11.8.2014, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 261/27 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill
(Kawża T-340/14)
2014/C 261/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentant: R. Gherson, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla, sa fejn japplikaw għar-rikorrent:
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv jallega li l-Artikolu 29 TUE ma kienx bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata peress li l-ilment magħmul kontra r-rikorrent ma kienx jidentifikah bħala individwu li mmina l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina fis-sens tal-Artikoli 21(2) u 23 TUE. Ir-rikorrent isostni li peress li d-deċiżjoni kkontestata kienet invalida, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215(2) TFUE sabiex jippromulga r-regolament ikkontestat. Fiż-żmien ta’ meta l-miżuri restrittivi ġew imposti, ma kien hemm, skont ir-rikorrent, ebda akkuża jew pretensjoni kontra r-rikorrent li l-attivitajiet tiegħu kienu ta’ theddida li jistgħu jimminaw l-istat tad-dritt, jew kisru xi drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina. |
2. |
It-tieni motiv jallega li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent peress li l-bażi li fuqha r-rikorrent ġie inkluż fil-lista hija proklamazzjoni pubblika ta’ ħtija qabel ma kien hemm ebda determinazzjoni ġudizzjarja tal-kwistjoni u peress li r-rikorrent ma ngħata ebda informazzjoni partikolari dwar ir-raġunijiet indikati fil-miżuri kkonestati għall-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi minkejja t-talba tiegħu lill-Kunsill għal informazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv jallega li l-Kunsill naqas milli jagħti lir-rikorrent biżżejjed raġunijiet għall-inklużi tiegħu fil-lista. Ir-rikorrent jallega li ebda dettall ma ġie pprovdut dwar in-natura tal-kondotta tar-rikorrent li wasslet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista. Ir-rikorrent jallega wkoll li ma ġew ipprovduti ebda dettalji dwar l-entità responsabbli għall-proċeduri kriminali li għalihom huwa allegatament suġġett ir-rikorrent, u lanqas dwar id-data li fiha nbdew il-proċeduri kontra r-rikorrent. |
4. |
Ir-raba’ motiv jallega li l-Kunsill kiser, b’mod mhux ġustifikat u sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u għar-reputazzjoni peress li l-miżuri restrittivi ma kinux previsti mil-liġi u ġew imposti mingħajr salvagwardji xierqa li jippermettu lir-rikorrent jippreżenta l-każ tiegħu b’mod effettiv quddiem il-Kunsill. |
5. |
Il-ħames motiv jallega li l-Kunsill ibbaża ruħu fuq fatti materjalment mhux eżatti u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, ma hemm ebda proċeduri kriminali jew investigazzjonijiet kontrih dwar il-misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina jew dwar it-trasferiment illegali tagħhom barra mill-Ukraina. |
6. |
Is-sitt motiv jallega li l-Kunsill naqas milli jiżgura r-rilevanza u l-validità tal-evidenza li fuqha hija bbażata l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista peress li huwa naqas milli jikkunsidra jekk l-Aġent Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina attwali kellux l-awtorità skont il-kostituzzjoni tal-Ukraina li jagħti bidu għal investigazzjonijiet kontra r-rikorrent u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li investigazzjoni kontra rikorrent fl-Awstrija kienet ingħalqet peress li ma kienx hemm biżżejjed evidenza sabiex tappoġġja l-allegazzjoniijet, kontra r-rikorrent, ta’ misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-istat. |