Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0293

    Kawża T-293/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ April 2014 – Ċipru vs UASI (HALLOUMI)

    ĠU C 245, 28.7.2014, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/21


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Ċipru vs UASI (HALLOUMI)

    (Kawża T-293/14)

    2014/C 245/29

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u V. Marsland, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Frar 2014, mogħtija fil-Każ R 1503/2013-4;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HALLOUMI” għal prodotti fil-klassi 29 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 70  124.

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda fl-intier tagħha.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top