Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0139

    Kawża F-139/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/46


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament

    (Kawża F-139/14)

    (2015/C 089/55)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix irrappurtat fuq is-sena 2013 il-ġranet tal-leave mhux meħudin fl-2012 mir-rikorrrenti minħabba leave tal-mard u t-talba għad-danni għad-danni fiżiċi u morali allegatament subiti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Jannulla d-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Frar 2014 u tal-15 ta’ Settembru 2014, u,

    jannulla, sa fejn meħtieġ, ir-rendikont tal-pensjoni ta’ April 2013;

    jikkundanna l-Parlament li jikkumpensa d-dannu tar-rikorrenti evalwat għal EUR 26  677,56;

    jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


    Top