EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0100

Kawża F-100/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kunsill

ĠU C 448, 15.12.2014, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/41


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kunsill

(Kawża F-100/14)

(2014/C 448/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiz

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7 tal-Anness V u tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirtiraw il-benefiċċju ta’ rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u l-leave għal raġuni ta’ distanza.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara illegali l-Artikolu 7 tal-Anness V u l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni li, b’effett mis-sena 2014; la jingħata iktar il-leave għal raġuni ta’ distanza u lanqas ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


Top