Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0092

    Kawża F-92/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

    ĠU C 448, 15.12.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 448/40


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża F-92/14)

    (2014/C 448/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Günther Maximini, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Talba, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Parlament Ewropew, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jikkumpensa d-dannu li ġarrab ir-rikorrent minħabba l-ksur tad-drittijiet personali tiegħu u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 fil-kuntest tal-ipproċessar tal-kawża preċedenti tiegħu u, it-tieni nett, għall-kumpens ta’ danni morali flimkien ma’ interessi moratorji minħabba l-allegat dannu morali mġarrab.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għad-danni tar-rikorrent tas-16 ta’ Diċembru 2013, u d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent ppreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 kontra l-ewwel deċiżjoni, kif ukoll, sussidjarjament, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda adottata a posteriori, fid-29 ta’ Lulju 2014, minn emittent mhux identifikat;

    jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent EUR 30  000 bħala kumpens għad-dannu morali u interessi moratorji li jammontaw għal ħames punti perċentwali flimkien mal-interessi bażiċi, mis-somma ta’ EUR 25  000 b’effett mill-1 ta’ Frar 2014 u mis-somma ta’ EUR 5  000 b’effett mill-1 ta’ Mejju 2014;

    jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inkluż dawk tal-proċedura prekontenzjuża, u għall-ispejjeż neċessarji kollha sostnuti mir-rikorrent.


    Top