Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0047

    Kawża F-47/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Mejju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 212, 7.7.2014, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 212/47


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-47/14)

    2014/C 212/62

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti kumpens lir-rikorrenti għad-dannu li kkawżatilhom, minħabba l-ipproċessar tardiv tat-talbiet tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-DGE tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 pjuttost milli dak tat-28 ta’ April 2004;

    Talbiet tar-rikorrenti

    jiddikkjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    jannulla d-deċiżjonijiet tal-15 u tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jitolbu lura d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħhom fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tipprovdi kumpens lir-rikorrenti għad-dannu li kkawżatilhom, minħabba l-ipproċessar tardiv tat-talbiet tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-DGE tal-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 pjuttost milli dak tat-28 ta’ April 2004;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top