Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FB0108

    Kawża F-108/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Belis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

    ĠU C 364, 3.10.2016, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 364/51


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Belis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-108/14) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-kawża - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

    (2016/C 364/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Claudio Belis (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: S. Orlandi)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent marbuta mat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Claudio Belis għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 26, 26.1.2015, p. 46.


    Top