Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0266

    Kawża C-266/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit- 2 ta’ Ġunju 2014 – Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.) vs Tyco Integrated Security S.L. u Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios S.A.

    ĠU C 282, 25.8.2014, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fit-2 ta’ Ġunju 2014 – Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.) vs Tyco Integrated Security S.L. u Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios S.A.

    (Kawża C-266/14)

    2014/C 282/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Nacional – Sala de lo Social

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.)

    Konvenuti: Tyco Integrated Security S.L. u Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios S.A.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħin li ħaddiem li ma għandux post fiss tax-xogħol, iżda għandu jivjaġġa kuljum mid-domiċilju tiegħu għas-sede ta’ klijent tal-impriża differenti kuljum u jmur lura d-dar mis-sede ta’ klijent ieħor differenti (skont rotta jew lista li l-impriża tibgħatlu lejliet) fil-limiti ta’ żona ġeografika ftit jew wisq kbira fiċ-ċirkustazni tal-kawża prinċipali, juża sabiex jivvjaġġa fil-bidu u fit-tmiem ta’ jum tax-xogħol għandu jitqies bħala “ħin tax-xogħol” fis-sens tad-definizzjoni li jagħti l-Artikolu 2 tad-direttiva jew, għall-kuntrarju, għandu jitqies bħala “perjodu ta’ serħan”?


    (1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


    Top