Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0004

    Kawża C-4/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Christophe Bohez vs Ingrid Wiertz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 1(2) u 49 — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’oqsma ċivili u kummerċjali — Oqsma esklużi — Dritt tal-familja — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 47(1) — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar tad-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess marbut mal-pagamenti ta’ penalità — Eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità)

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Christophe Bohez vs Ingrid Wiertz

    (Kawża C-4/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 1(2) u 49 - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’oqsma ċivili u kummerċjali - Oqsma esklużi - Dritt tal-familja - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 47(1) - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar tad-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess marbut mal-pagamenti ta’ penalità - Eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità))

    (2015/C 363/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Christophe Bohez

    Konvenuta: Ingrid Wiertz

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament ma japplikax għall-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ pagamenti ta’ penalità ordnata f’sentenza, mogħtija fi Stat Membru ieħor, li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dan id-dritt ta’ aċċess mid-detentur tad-dritt ta’ kustodja.

    2)

    L-irkupru ta’ pagamenti ta’ penalità ordnati mill-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini li tat deċiżjoni dwar il-mertu fuq id-dritt ta’ aċċess għall-finijiet li tiġi żgurata l-effettività ta’ dan id-dritt, jaqa’ taħt l-istess sistema ta’ infurzar li d-deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess li jiggarantixxi l-imsemmija pagamenti ta’ penalità u li dawn tal-aħħar għandhom, għalhekk, jiġu ddikjarati infurzabbli skont ir-regoli definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

    3)

    Fil-kuntest tar-Regolament Nru 2201/2003, sentenzi barranin li jordnaw pagamenti perjodiċi bħala penali għandhom ikunu eżegwibbli, fl-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni, biss jekk l-ammont tal-pagament ikun ġie finalment iddeterminat mill-qrati tal-Istat Membru tal-oriġini.


    (1)  ĠU C 71 tat-08/03/2014.


    Top