This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0579
Case T-579/13: Action brought on 6 November 2013 — Istituto Di Vigilanza Dell'Urbe v Commission
Kawża T-579/13: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Novembru 2013 — Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe vs Il-Kummissjoni
Kawża T-579/13: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Novembru 2013 — Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe vs Il-Kummissjoni
ĠU C 377, 21.12.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377/18 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2013 — Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-579/13)
2013/C 377/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Istituto Di Vigilanza Dell’Urbe SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Cianciullo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li l-offerta tal-offerenti magħżula Città di Roma Metronotte s.r.l ma hijiex konformi mar-regoli tas-sejħa għal offerti u b’mod partikolari mal-punt 5.2 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, li skontu l-offerti kien imisshom ġew imħejjija “skont id-dritt industrijali Ewropew u nazzjonali applikabbli fil-qasam ta’ trasferiment ta’ impriżi u, b’mod partikolari, skont id-Direttiva 2001/23/KE u skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponuha” b’attenzjoni partikolari għad-“dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ bdil tal-persuna li timpjega wara trasferiment bi ftehim ta’ impriża”; |
— |
tikkonstata li l-offerta ppreżentata minn Città di Roma Metronotte s.r.l oġġettivament tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ kompetizzjoni, u għaldaqstant hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet li jinstabu fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li fil-premessa 41 tiegħu jippreċizza li “[l]-iskop tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet bl-aħjar mod possibbli u fl-istess ħin ikun garantit aċċess ugwali għall-kuntratti pubbliċi u jkun hemm konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u ta’ ebda diskriminazzjoni”; |
— |
għalaqstant, tannulla l-attribuzzjoni tal-kuntratt lil Città di Roma Metronotte s.r. l u l-kuntratt eventwalment konkluż ma’ din l-impriż; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni ta’ attribuzzjoni adottata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Italja, Nru ARES (2013) 2936015, tas-27 ta’ Awwissu 2013, li għandha bħala suġġett “PO/2013-11-SEC/ROM — Avviż ta’ sejħa għal offerti interistituzzjonali relatata ma’ servizzi ta’ għassa u ta’ akkoljenza fid-Dar tal-Unjoni Ewropea, Uffiċċji ta’ Ruma u ta’ Milano — Lot 1 RCE u UIPE f’Ruma”, u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.
Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli tas-sejħa għal offerti u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) Nru 1268/2012.
|