Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0081

    Kawża T-81/13: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Frar 2013 — FTI Touristik vs UASI (BigXtra)

    ĠU C 108, 13.4.2013, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/32


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2013 — FTI Touristik vs UASI (BigXtra)

    (Kawża T-81/13)

    2013/C 108/80

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern), tad-29 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 2521/2011-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BigXtra” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 39, 41, 42 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 925 868

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top